Il-Ouija Board: Sue
Ikompli r-rakkont mill-ġimgħa l-oħra
Sue, Tania u Fiona kienu nġabru f’kamra tal-ġenituri ta’ waħda minnhom li kienu marru għal vaganza. Kienu għażlu l-Erbgħa, lejla b’qamar kwinta. Sue kienet ħadmet personalment il-Ouija Board. Għażlitha kulur ħamrani, bl-ittri suwed.
Ippjanaw li t-tlieta li huma isumu bħala sagrifiċċju, u għall-ħabta tal-ħdax, inġabru fil-kamra fejn Sue taqqbet il-ponta ta’ subgħajhom u bid-demm li ħareġ, ċappsu forma ta’ triangolu fuq il-Ouija. Wara ftit ħin magħqudin flimkien, bdew isejħu biex jirċievu xi sinjal. Ma damux wisq, li qalb magħmula mix-xemgħat bdiet il-manuvrar tagħha għall-iskantament tat-tlieta li huma.
Staqsew ma’ min kienu qed jagħmlu kuntatt, u inkiteb l-isem ta’ Daniel. Ma’ dan il-mument, il-kamra qisha ħadet żvolta oħra fejn waqgħet kesħa qawwija u t-tlieta li huma bdew iħossu ġisimhom jintmess. Sakemm kienu magħqudin, bdew jirċievu risposti għal dak li bdew jistaqsu. Ġara iżda li f’waqt minnhom, Tania nħallet minn magħhom, u kollox waqaf ħesrem. Fiona reġgħet ippruvat tgħaqqad biex jerġa’ jsir kuntatt, imma kien għalxejn. Tania saqsiet lil Sue jekk hux se jiġrilhom xi ħaġa, imma weġbitha, “Xi tridu jiġrilna?”
Għal erbat iljieli komplew għaddejjin b’din is-sitwazzjoni u kull darba s-sitwazzjoni teskala sakemm kellhom jieqfu għax ġew il-ġenituri lura, u minn hawn bdew l-affarijiet strambi.
Sue dak iż-żmien kellha 15-il sena. Fl-iljieli ta’ wara, bdiet taħseb li dan l-ispirtu, Daniel li kienu qanqlu, beda jkun fil-kamra magħha u bdiet tħossha skomda.
Ġara li lejla fost l-oħrajn, tard mal-lejl bdiet tħoss bħal xi ħadd imissha, sa li kważi ħasset li kienet qed tħossha sesswalment milħuqa. Hi ma qalet xejn lit-tnejn l-oħra, imma l-attività bdiet tiggrava u kellha tiftaħ qalbha!
Għal bosta ġimgħat, is-sitwazzjoni bdiet tmur għall-agħar u ddeċidiet li tmur għand qassis, fejn dan, wara li sema’ x’kien ġara, assistiha f’sessjoni ta’ talb, u s-sitwazzjoni kkalmat. Għaddew erba’ snin, u Sue kienet f’relazzjoni u malli tgħarrset, fejn l-għarus libbisha ċurkett, l-affarijiet bdew sejrin ħażin. Reġgħet bdiet tħoss bħal preżenza fil-kamra tas-sodda tagħha u reġgħet bdiet tħoss ġisimha jittieħed sesswalment. Ftakret fil-Ouija Board u għażlet lejl partikolari fejn għamlet kuntatt waħedha. Daniel wieġeb mill-ewwel. Hi staqsietu jekk kinetx se tiżżewweġ lill-għarus tagħha u r-risposta kienet LE.
Hi ma tatx widen għal dan u kompliet miexja għaż-żwieġ, u filf-att kien irnexxielha tiżżewweġ u rat li kien irnexxielha tgħeleb dan, imma il-kbir kien għadu ġej.
Tkompli l-ġimgħa d-dieħla…
Tistgħu tibagħtu l-kummenti jew mistoqsijiet tagħkom lil PaulJon fuq l-email [email protected].