L-Imblokk ġol-Ukrajna: Ta’ min hu t-tort?
minn Vladimir Malygin, Ambaxxatur tar-Russja f'Malta
Sena ilu, fit-12 ta’ Frar 2015, il-qbil paċifiku fil-kriżi ġol-Ukrajna kien ta’ suċċess bis-saћћa tal-iffirmar tal-pakkett ta’ miżuri, magћruf ukoll bћala l-Ftehim ta’ Minsk. Dan id-dokument kien aktar tard approvat mir-reżoluzzjoni 2202 tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-UN, li gћamel l-istess arranġament aktar validu.
Il-qbil ta’ Minsk jibqa’ sal-lum l-unika bażi ta’ proċess paċifiku. Il-valur prinċipali tiegћu huwa fil-fatt li l-qbil sar b’involvement tal-partijiet Ukreni rigward il- kunflitt fix-Xlokk (Donbass) stess.
Grazzi gћal dan id-dokument, l-ostilità naqset u gћal xi żmien, l-armata Ukrena rtirat l-armamenti tagћha minn xi bliet prinċipali bћal Donbass, u b’hekk naqas in- numru ta’ vittmi f’din l-operazzjoni punittiva. Il-parametri speċifiċi ġew imwaqqfa bћala arranġament politiku li gћamilha possibli li jiġu difiżi d-drittijiet tar-residenti ta’ Donbass. Sekwenza ċara tal-azzjonijiet ġiet determinata biex tinnormalizza s- sitwazzjoni u tiżgura ћajja paċifika u ta’ rikonċiljazzjoni fis-soċjetà.
Madankollu, aktar progress ġie blokkat.
Fil-fatt, jidher li l-gvern Ukren qed iżomm lura l-implimentazzjoni tal-Pakett ta’ miżuri, filwaqt li qed isejjaћ il-problemi kollha bћala fatturi esterni. Il-laqgћa ministerjali li saret riċenti f’format ‘Normandy’ ġo Pariġi fit-3 ta’ Marzu wriet gћal darba oћra dan biċ-ċar.
Sadanittant, is-sitwazzjoni fl-art hija waћda ’l bogћod minn stabbli.
Illum il-forżi Ukreni qegћdin regolarment jisparaw fuq artijiet u postijiet residenżjali viċin il-linja ta’ kuntatt, spiss tintuża ammunizzjoni projbita (‘cluster bombs’ eċċ) u qed jikkawżaw imwiet u diżgrazzji fuq nies ċivili. Sorsi varji jirċievu rapporti allarmanti fuq ċaqliq ta’ tagћmir militari tal-armata Ukrena, u fuq riżervi friski u tagћmir ġdid fiż-żona ta’ kunflitt.
F’dawn iċ-ċirkostanzi, xi wћud mill-Punent jippruvaw jitfgћu r-responsabbiltà ta’ dan l-imblokk ġol-Ukrajna fuq Moska. Kif jistgћu jitfgћu d-domanda fuq ir-Russja biex tieћu azzjoni fuq il-fatt x’gћandu jsir ġo Kiev?
Min jaqra l-pakkett ta’ miżuri, jista’ jinduna biċ-ċar li l-azzjonijiet essenzjali li gћandhom jittieћdu gћall-implikazzjonijiet tagћhom hija r-responsabbiltà tal- awtoritajiet kurrenti ta’ Kiev, li s’issa kienu selettivi ћafna fl-obbligazzjonijiet tagћhom.
L-emendi fil-kostituzzjoni adottati mill-Gvern Ukren huma irrelevanti gћall-ftehim ta’ Minsk. Paragrafu 11 jistipula biċ-ċar li l-kostituzzjoni ġdida kienet se tibda sseħħ sa tmiem l-2015 ‘fejn tiġi provduta deċentralizazzjoni bћala element principali.’ Bћalissa qegћdin fl-2016, u l-affarijiet gћadhom l-istess.
Il-liġi fuq l-istatus speċjali ta’ Donbass (limitata gћal tliet snin biss) ġiet adottata, imma l-implimentazzjoni tagћha tiddependi mill-kundizzjonijiet li mhumiex inklużi fil-pakkett ta’ miżuri, fejn hemm dikjarat li l-leġiżlatura gћandha tkun permanenti (Paragrafu 11).
Ir-responsabbiltà gћadha trid tiġi merfugħa gћall-qtil ta’ dimostranti u gћal aktar ksur ta’ drittijiet umani waqt l-avvenimenti ta’ Maidan ġo Kiev
Il-liġi tal-amnestija (Paragrafu 5) ġiet abbozzata imma gћadha mhijiex effettiva. Il-miżura ta’ skambju ta’ priġunieri u persuni miżmuma gћadha ma ġietx affetwata. Fil-qasam umanitarju qegћdin naraw imblokk kontinwu ta’ Donbass li ma qed juri xejn ћlief xewqa ta’ Kiev li taћqar in-nies tar-reġjun.
Qed jintqal ћafna fuq il-bżonn li jerga’ jkun hemm kontroll fuq il-fruntiera gћall-awtoritajiet Ukreni. Madankollu, dan jista’ jseħħ biss jekk riformi politiċi stipulati fil-ftehim ta’ Minsk jiġu mћarsa “fuq konsultazzjoni ma’ u fuq il-ftehim” mir-rappreżentanti ta’ Donbass (Paragrafu 9). Minkejja passi kostruttivi min-naћa tax-Xlokk, Kiev gћall-kuntrarju tal-gћan tal-pakkett ta’ miżuri, tibqa’ tirrifjuta djalogu dirett mar-rappreżentattivi.
Fattur ieћor li qed iżomm lura l-implimentazzjoni tal-ftehim ta’ Minsk huwa l-influwenza qawwija u l-persistenza tal-estrem lemini u elementi nazzjonali fuq l-istrutturi ta’ poter fl-Ukrajna.
Kien hemm konfronti numerużi rrekordjati bejn dawn ir-radikali u t-truppi Ukreni, kif ukoll diversi każijiet ta’ qtil, stupru, serq u ћtif ta’ persuni, kemm viċin il-linji ta’ kuntatt kif ukoll f’partijiet oћra ġo Donbass u l-bqija tal-Ukrajna. Kienu gћalhekk l-imsemmijja attivisti li kellhom rwol importanti fl-organizazzjoni tal-imblokk umanitarju u ekonomiku f’Donbass, li ġab introjtu mis-serq ta’ flus gћal oġġetti u biex nies jaqsmu l-linji ta’ kuntatt.
Ir-responsabbiltà gћadha trid tiġi merfuha gћall-qtil ta’ dimostranti u gћal aktar ksur ta’ drittijiet umani waqt l-avvenimenti ta’ Maidan ġo Kiev bejn Novembru 2013 u Frar 2014 . Persuna li xi ftit ilu stqarret mal-media li kienet involuta fi qtil ta’ xi pulizija f’dak iż-żmien, ma ġietx imћarrka u qiegћda libera tiġri barra. Bl-istess mod, ma kien hemm l-ebda progress fuq li tittieћed responsabbiltà gћall-imwiet ta’ 48 persuna waqt l-avvenimenti traġiċi tat-2 ta’ Mejju 2014 ġo Odessa u l-proċeduri kriminali meћuda ma jidhrux li huma imparzjali.
Aћna nemmnu li m’hemmx alternattiva gћall-pakkett ta’ miżuri ta’ Minsk, li hija l-fondazzjoni ta’ proċess ta’ paċi permezz ta’ djalogu dirett bejn il-partijiet fil-kunflitt ġol-Ukrajna. Dan il-ftehim jipprovdi qafas gћal soluzzjoni sostenibbli ġo din il-kriżi, li jiddefinixxi l-prinċipji li jżomm ir-reġjuni ta’ Donetsk u Lugansk bћala parti mill-Ukrajna b’garanziji konstituzzjonali u leġiżlattiva li jiżguraw id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ Donbass.
Kull attentat li jiskredita l-pakkett ta’ miżuri, biex ikissru jew ibiddlu l-format ta’ negozjati u l-mekkaniżmu li jћares dan l-arranġament iwassal gћal aktar instabbiltà tas-sitwazzjoni, li mhijiex fl-interess tan-nies tal-Ukrajna u n-nies tal- pajjiżi ġirien.
Ir-Russja flimkien ma’ pajjiżi internazzjonali msieћba jibqgћu fi djalogu kontinwu biex toqgћod il-kriżi ġol-Ukrajna.
Vladimir Malygin huwa Ambaxxatur Russu gћal Malta