L-ewwel studenti jiċċelebraw suċċess fil-gradwazzjoni ICAEW
L-Istitut taċ-Chartered Accountants fl-Ingilterra u Wales (ICAEW) organizzà avveniment tal- gradwazzjoni f'Malta fl- 4 ta' Mejju biex jiċċelebra il-kisbiet tal-ewwel grupp ta' 11 gradwati ACA li ġew mħarrġa, studjaw u kwalifikaw f'Malta. Kien hemm aktar minn 90 mistieden li ġew milqugħa minn Kate Holroyd-Smith u Sophie Hayes mill-ICAEW u minn John Bonello u Christopher Naudi, il-membri li jservu bħala kuntatt ICAEW għal-Malta. Il-President tal-Istitut, Andrew Ratcliffe, ivvjaġġa lejn Malta għal dan l-avveniment storiku u indirizzà l-istudenti u l-mistednin. Louis Farrugia, il-President ta’ Simonds Farsons Cisk plc (u membru antik tal-ICAEW) offra xi riflessjonijiet bħala membru li għamel ħafna mill- karriera tiegħu fl-industrija. L-Eċċellenza Tiegħu, il-Kummissarju Għoli Ingliż, Rob Luke, attenda wkoll iċ-ċerimonja. L-avveniment sar fil-Radisson Blu Hotel, San Ġiljan Malta.
L-ACA ġiet introdotta f'Malta fl-2012 bl-appoġġ mill-kumpaniji l-kbar tal-kontabilità internazzjonali (li jinkludu d-Deloitte, l-EY, il-KPMG u l-PwC). Il-programm ACA ġie msaħħaħ matul l-aħħar 3 snin u hemm arranġamenti f'posthom mal-Malta Institute of Accountants (MIA) sabiex jippermettu lill-istudenti ACA biex jagħmlu karti tat-taxxa u l-liġi Maltija li taħdem fil-prattika pubblika, u fil-verifika. L-ICAEW taħdem ukoll mill-qrib mal-MIA fuq skambju tal-kompetenza teknika u organizzazzjoni ta' avvenimenti konġunti.
Andrew Ratcliffe beda d-diskors prinċipali tiegħu billi enfasizza l-fatt li din kienet l-ewwel ċerimonja tal-gradwazzjoni hawn Malta. Hu qal: “Intkom l-ewwel studenti gradwanti tal-ACA li kkwalifikaw b’ezami f’Malta, u s-suċċess taghkom hu dimostrazzjoni eċċellenti tal-abilitajiet u x-xogħol u r-rabta tal-istundenti Maltin. Intkom il-pijunieri, li wittejtu it-triq għall-ġenerazzjoni ta’ Chartered Accountants f’pajjizkom.”
Il-President tal-ICAEW innota wkoll l-rwol importanti taċ-Chartered Accountants fl-ekonomija Maltija. Hu qal: “Bħala Chartered Accountant, ħa tkunu qegħdien tipprovdu servizz li fuqu s-soċjeta tiddependi. Malta hija ekonomija li qegħha tikber u ħiliet professjonali huma fid-domanda madwar il-pajjiz. Aħna kuntenti li l-membri tagħna qegħdien jilgħabu rwol ferm importanti li qed jippermetti dan it-tkabbir u li ħafna minkom qegħdien ikomplu jgħinu sabiex inħarrġu l-ġenerazzjoni li jmiss ta Chartered Accountants. Issa għandna tmien ICAEW employer awtorizzat biex joffru stħarriġ ACA, u hemm domanda li qegħda tikber sabiex jiġu mpjegati iktar studenti tal-ACA.”
It-tkabbir globali tal-ICAEW matul is-snin riċenti kien sinifikanti u t-taħriġ ACA issa huwa offrut fi 18 il-pajjiż madwar id-dinja inklużi l-Vjetnam, l-Indoneżja, ir-Repubblika Ċeka u l-Greċja. Il-membri ICAEW qed jaħdmu f’ 160 pajjiż madwar id-dinja u l-kwalifika ACA tkompli tkun rikonoxxuta internazzjonalment bħala kwalifika ewlenija.