opinjoni | Quo Vadis PN?
'Il-PL ta' Muscat mhux biss kiseb, imma saћћaħ, il-kisbiet li gћamel fost il-borgeżija, inkluż fost nies li kellhom tradizzjoni ta' snin ta' votazzjoni u xi drabi militanza Nazzjonalista'
Ġanni hu attivist soċjali u bniedem tajjeb, li jmiss il-problemi ta’ bosta u jaf li mhux vera li llum kulћadd jinsab aћjar milli kien erba’ snin ilu. Graziella hi tfajla li taћdem żewġ part-times, imћallsa mill-agћar (paga minima jew qrib) li taf li żieda ta’ 8 ewri hi daћqa fil-wiċċ u li ssibha bi tqila titlaq minn mal-ġenituri kif tixtieq tagћmel u tikri xi mkien minћabba l-gћoli tal-kera. Brian hu kuntrattur żgћir ġej minn familja Nazzjonalista li ma jistax ilaћћaq mad-domanda gћax-xogћol tant kemm hawn. Minkejja li mhux miljunarju, hu wieћed minn dawk li gћalih l-ekonomija qed iddur u taћdem. Joe hu imprenditur, kap t’imperu finanzjaru kbir gћal pajjiżna li, waqt li dejjem kellu ћbieb naћa u oћra, tradizzjonalment dejjem imbotta l-aktar il-karru l-ikћal. X’hemm komuni bejn Ġanni, Grazziella, Brian u Joe? Li kollha vvutaw bi ћġarhom lill-Partit Laburista. Il-loġika tgћidlek li l-ewwel tnejn kellhom jivvutaw gћall-bidla. Graziella saћansitra kienet tmur il-meetings u ttella’ ritratti fuq facebook bil-maktur.
Il-PL ta' Muscat mhux biss kiseb, imma saћћaħ, il-kisbiet li gћamel fost il-borgeżija, inkluż fost nies li kellhom tradizzjoni ta' snin ta' votazzjoni u xi drabi militanza Nazzjonalista
Analiżi
Dan il-fenomenu stramb ovvjament jitlob spjegazzjoni. Wieћed jista’ jgћid li Ġanni u Grazziella vvutaw kif ivvutaw minћabba l-familja li ġejjin minnha (tat-tnejn Laburista). Mandankollu, dan ma jispjegax kollox. Brian u Joe ġejjin minn kuntest politiku familjari oppost, imma kkonvinċew ruћhom jivvutaw lil Joseph. Kien hemm fatturi li wassluhom jinsew ir-rabta politika tradizzjonali li kellhom.
Xi gћorrief ta’ wara, inkluż uћud minn dawk li ћeġġew lill-PN jidћol gћall-ġlieda u allura gћandhom biċċa responsabbiltà gћal dak li ġara (xorta imma, jibqgћu jippontifikaw qisu xejn mhu xejn), qalu li maġġoranza ppreferiet il-bread and butter flok il-valuri. Din l-analiżi hi falza gћal diversi raġunijiet. L-ewwel nett ma nistax naf x’inhuma dawn il-valuri li l-PN gћandu u ћaddieћor le. Vera li meta tqis li din kienet l-ewwel leġiżalatura Laburista, ir-rekord tal-PL f’dik li hi integrità hu tal-biża’. Mandankollu, ma nistennhiex li partit li fi żmienu ċerti affarijiet ma kinux xi ћaġa ta’ barra minn hawn, jista’ jieћu l-pulptu u jagћmel prietki. (L-iskuża li ġabu ċerti akkolti ‘indipendenti’ li ‘kien hawn, imma mhux daqshekk’ ma tagћmel ebda sens. Qisu Mussolini jista’ jsir kampjun tad-drittijiet umani fil-konfront ta’ Hitler, gћax dan tal-aћћar agћar minnu.) It-tieni, u dan skont jien hu l-akbar nuqqas ta’ stqarrijiet banali ta’ dan it-tip, hu gћax dan ir-raġunar jassumi li dawk li vvutaw PL ћobżhom maћbuż u m’gћandhomx diffikulta jdellku l-butir. Kif gћedt fl-ewwel paragrafu imma dan mhux il-każ. Mandankollu, il-PN u l-akkolti tiegћu donnhom ma kinux konxji. Dan forsi fattur ewlieni li jispjega gћalfejn il-PN ġarrab it-telfa li ġarrab.
Erba’ snin moћlija
Ovvjament hemm aktar minn raġuni waћda gћalfejn il-PN ġarrab it-telfa li ġarrab. Simon Busuttil ma rnexxilux inaddaf il-partit minn ċerti nies li kienu taw impressjoni ћażina fl-amministrazzjoni Gonzi. It-tmexxija tiegћu dehret dagћjfa u bla enerġija. Anke jekk tara l-aћbarijiet tan-Net, spiss dawn kienu jikkwotaw lil Daphne, lit-Times jew lill-Independent, bћallikieku l-partit ma kellux il-ћila jmexxi l-oppożizzjoni hu, imma kien irid jimxi wara ћaddieћor. Simon Busuttil ukoll f’erba’ snin naqas li jagћti direzzjoni ideoloġika lill-partit; ma kienx ċar jekk il-PN ta’ Busuttil hux partit Liberali, Konservattiv jew Demokristjan. Din dehret fil-kandidati tal-aћћar elezzjoni li kienu jinkludu minn liberali sa nies t’ideat kważi Faxxisti. Kien (u gћad) hemm ċerta arroganza fost ċerti uffiċjali u akkolti tal-PN li l-partit tagћhom gћandu l-monopolju tas-sewwa u xi forma ta’ dritt naturali li jmexxi lill-pajjiż.
Il-PN ma rnexxilux joћloq xi forma ta’ kuntatt mal-klassi tal-ћaddiema, u ma dawk is-saffi li ma kinux qed igawdu mill-ekonomija...l-PN donnu kien aktar qed jipprova jirbaћ lura partijiet mill-klassi tal-imprendituri u oћra tan-nofs mingћajr ma rnexxielu
Raġuni fundamentali madankollu naћseb li kienet marbuta ma’ dak li semmejt fl-ewwel paragrafu. Minn impressjoni (nammetti mhux xjentifika) li bnejt, il-PL ta' Muscat mhux biss kiseb, imma (kuntrarju għal dak ta' Sant wara l-96) saћћaħ, il-kisbiet li gћamel fost il-borgeżija, inkluż fost nies li kellhom tradizzjoni ta' snin ta' votazzjoni u xi drabi militanza Nazzjonalista, waqt li l-PN ma rnexxilux jagћmel l-istess fost numru mhux ћażin ta' nies diżilluzi mill-gvern fil-klassi tal-ћaddiema u saffi oћra baxxi. Waqt li appoġġa affarijiet bћal żieda fil-paga minima, il-PN ma rnexxilux joћloq xi forma ta’ kuntatt mal-klassi tal-ћaddiema, u ma dawk is-saffi li ma kinux qed igawdu mill-ekonomija jew li anzi kienu qed ibatu minn affarijiet bћal gћola fil-kera. Il-PN donnu kien aktar qed jipprova jirbaћ lura partijiet mill-klassi tal-imprendituri u oћra tan-nofs (mingћajr ma rnexxielu) – xiehda ta’ dan hu l-kandidatura ta’ ċerti negozjanti u imprendituri ewlenin – milli jibni pontijiet ma’ klassijiet li tradizzjonalment żammu mal-PL, u li imma niżlu ’l isfel fil-lista tal-prijotarjiet tal-Partit Laburista kemm dan ilu li m’gћadux partit tax-xellug. Biżżejjed wieћed jinnota li mill-erba’ meetings ewlenin tal-PN, tlieta kienu fit-Tramunta ta’ Malta, tnejn minnhom fl-akwati ta’ Tas-Sliema. Il-ћaddiema u l-foqra spiċċaw, fil-biċċa l-kbira tagћhom, ivvutaw PL xorta.
Triq gћall-quddiem?
Jekk il-PN beћsiebu jibqa’ jaspira li jkun il-partit tan-negozjanti, żviluppaturi u l-importaturi, kif kien tradizzjonalment, jista’ jżarma, minћabba li l-interessi ta’ dawn jidhru moqdija u mill-koxxa mill-Partit Laburista. Din li l-partit ixolji hi possibbiltà li m’gћandhiex tiġi skartata.
Il-PN jista’ madankollu jipprova jibni pontijiet ma’ sezzjonijiet tal-klassi tal-ћaddiema u ma’ min qed jaqa’ lura mill-politika b’laqtiet qawwija neo-liberali li l-gvern preżenti qed iћaddan. Dan jitlob li l-ewwel nett jagћmel analiżi u att ta’ ndiema dwar ċertu aspetti tal-istorja tal-partit. (Wara kollox, l-ewwel ideat Neo-liberali l-PN beda jrewwaħhom.) It-tieni li jkollu linja ideoloġika ċara. Li jmur lura gћal xi forma ċentrista Demokristjana (kif kienu jћaddnu nies bћal Peppinu Cassar) tista’ twassal li l-partit ikun awtomatikament fuq ix-xellug tal-Partit Laburista ta’ llum, u b’hekk eqreb fil-valuri lejn min jinsab isfel. Irid madankollu, u din hi l-aktar ћaġa importanti, jibni kuntatt dirett u kontinwu ma’ min jinsab fl-aktar skaluni baxxi tas-soċjetà. Ħafna daћqu bil-hampers ta’ Konrad Mizzi u Chris Fearne qabel l-elezzjoni. Madankollu li deputati jkollhom modi kif jaslu direttament gћall-elettorat (ovvjament mhux b’mod pateranlistiku ta’ dan it-tip), possibbilment jgћinuhom fi ћtiġijiet immedjati u aktar importanti jagћtuhom direzzjoni u jimpenjaw gћall-bidla hi politikament fundamentali. Naћseb imma, hemm wisq nies imneћirhom imxammar fil-PN biex jikkunsidraw jagћmlu dan.
Micheal Grech huwa opinjonista regolari tal-gazzetta ILLUM