Poodle | It-telefonata bejn Xmun u Charles
Il-Poodle jiżvela telefonata bejn l-Arċisqof u Simon Busuttil
Skużawni, imma ma stajtx inkun magħkom il-ġimgħa l-oħra kelli bżonn nagħmel operazzjoni – bejnietna ssewwejt. Għax il-partner qaltli ‘she wants the real thing, no more rubber!’ U kif kont qed nirkupra d-dar wasalli tajp privat ta’ diskors bejn Xmun u Charles l-Isqof. Ajma ma, jiena mhux ser nikkummenta imma nħalli f’idejkom ta’ Nsara li intom.
Xmun: “Hello, Is that you Excellency!”
Isqof: “Iva, ta’ Simon kif inti?”
Xmun: “Ħa ngħidlek eċċelenza, rajta dik il-pastażata ta’ Muscat. We have to do something!”
Isqof: “Iva, il-mamà kważi xerqet fil-biskuttina u għajjtitli biex narah. Che stronzo, questo Premier. U dak Xandru kif sar, qisu merċenarju.”
Xmun: “Jien l-istess kont fuq is-sufan u kelli l-partner fuqi, u xħin smajt li smajt, tajtha daqqa ġo ħalqha bi żball tant kont angry.”
Isqof: “Ma missekx tagħmel hekk, per amor di Dio. Agħmel bħali, meta nkun irrabbjat immur quddiem il-mera u ngħajjar lili nnifsi kemm jien sabiħ u kemm fini raġel.”
Xmun: “I see, l-aħħar darba li għamilt hekk quddiem il-mera, daret fuqi l-partner u she told me to stop being stupid, u ordnatli biex nerġa’ ndawwar ġismi b’xugaman.”
Isqof: “Tajjeb, imma x’ser nagħmlu Xmun?”
Xmun: “Jiena mhux ser noqgħod kwiet, dan qisu Toto Riina tal-Mafja. I do not give a beep beep if Adrian Delia ma jridx li niftaħ ħalqi. Imma jien ser nattakah fuq twitter.”
Isqof: “Tagħmel sew, anki jien tafx. Għalkemm suppost tajt kelma li noqgħod lura.”
Fil-backgrawnd- Charles, Charles ħanini, il-banju lest iddumx għax il-bubble bath ma jibqax. Tinsiex . - Ġej Mummy!”
Xmun: “Ħa ngħidlek Muscat rufjan u mafjuż, ma nistax għalih aktar, kuljum nitlob li jinżel minn hemm.”
Isqof: “Jien nitlob ukoll, li n-nies jagħrfu bejn it-tajjeb u l-ħażin, ma nistax nifhem għax is-sena l-oħra fqajt il-ġenna kollha bit-talb u safrattant ara x’ġara.”
Xmun: “X’taħseb? Taħseb li għalxejn it-talb?”
Isqof: “Jien hekk naħseb tafx, għax kieku kwart mit-talb ġie rrekordjat kieku Muscat qiegħed inkarċerat u ikatennat.”
Xmun: “Imma għalfejn nobogħdu daqshekk?”
Isqof: “Jien nistaqsi l-istess ħaġa, imma mbagħad ngħid li verament nobogħdu għax inħobbu ħafna.”
Xmun: “I think I understand.”
Isqof: “Veru qed tifhem?”
Xmun: “Iva ta, jien nobogħdu għax inħobbu, I love him because I cannot stand him.”
Isqof: “Anki jien tafx. Bejnietna jien ħadt ir-ruħ meta reġa’ rebaħ. Għax trid tammetti ma kienx joqogħdlok ta’ Prim Ministru.”
Xmun: “Taf li qed naqbel miegħek, jiena issa qed nammetti li I was not up for it. Ma kontx kapaċi. Ara vera qed inħossni aħjar li qed inkun sinċier.”
Isqof: “Jien nemmen li meta tkun sinċier l-aħjar ħaġa fid-dinja, bħal pereżempju l-aħħar darba kont Bormla u kien hemm wieħed u qalli li qisni ż*** ġo bott, u aħjar immur lura ċ-Ċili fost dawk il-qatta’ … - fil-backgrawnd – Charles ħanini, ejja ħanini, dawk il-bubbles ser jisparixxu u l-ilma żgur kesaħ, ejja ħalli t-telefon – ħa jkolli mmur Xmun.”
Xmun: “Ċaw tafx, jien ħa nittwittja, imbagħad ikollok ċans ara x’tista’ tagħmel int, blezzjoni.”
Isqof: “Nome del padre, del figlio e del spirito santo, io ti benedico.”