X'qed tgħid l-istilla tiegħek?
L-oroskopju mill-Ħadd 14 t’Ottubru sas-Sibt 20 ta’ Ottubru.
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
In-new moon li beda taħt iż-żodijaku ta’ Libra se jwassalek biex tkun tista’ tagħti dik l-imħabba li tant tixtieq. Għalhekk bħalissa ara lil min verament tista’ tafda sabiex ma’ din il-persuna tkun tista’ tiftaħ qalbek dwar is-sitwazzjoni li qiegħda tinkwetak. Fi żmien ħmistax oħra int se tkun tista’ toħroġ minnha. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 15, 16, 18 u 20
L-istilla li se tkun ta’ ostaklu għalik ġejja minn Scorpio
Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta’ emozzjonali ħafna
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
In-new moon li beda taħt iż-żodijaku ta’ Libra se jtellef iċ-ċans li tirranġa s-sitwazzjoni li tant ilek biex tirregola u tant qed issib diffiċli. Jekk tagħraf minn issa tikkumbatti, hemm possibilità tajba li tilħaq l-għan tiegħek. Mhix ser tkun sitwazzjoni faċli imma taf tirbaħ dak li int tant tixtieq. Qatt taqta’ qalbek. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: aħdar u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 14, 15, 17 u 19
L-istilla li se tkun ta’ ostaklu għalik ġejja minn Virgo
Pisces huma magħrufin bħala persuni ta’ moral effettiv ħafna.
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
In-new moon li beda taħt iż-żodijaku ta’ Libra se iwasslek lejn pjan li int tixtieq twettaq. Trid verament tħejji sew għalih u taf li ma tantx tħobb tmur ħażin f’dak li trid twettaq. Taf li biex twettaq dan il-pajn trid tagħti spinta u dak li hemm bżonn isir trid tagħmlu. Tgħaġġilx u tipprovax tolqot żewġ għasafar b’ġebla waħda. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: abjad u kannella
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 15, 17, 18 u 20
L-istilla li se tkun ta’ ostaklu għalik ġejja minn Sagittarius
Aries huma magħrufin għat-twebbis ta’ rashom
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
In-new moon li beda taħt iż-żodijaku ta’ Libra se joffrilek mument li għandek tagħraf aktar x’verament tixtieq kemm għalik u anke għall-ħajja madwarek. Issa trid tagħraf iżjed responsabbilità li erfajt u trid turi kemm int matur għal dak li issa hemm madwarek. Huwa għalhekk li issa trid tagħraf verament int xi trid. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: isfar u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 16, 17, 18 u 19
L-istilla li se tkun ta’ ostaklu għalik ġejja minn Leo
Taurus huma magħrufin għall-immaġinazzjoni tagħhom
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
In-new moon li beda taħt iż-żodijaku ta’ Libra se jkun għalik twettiq ġdid li mhux ser ikun faċli speċjalment f’dinja ġdida li int se tipprova tidħol imma bil-karattru qawwi u determinat tiegħek ta’ Gemini xejn ma hu diffiċli. Int magħruf li tegħleb kull sfida li ssib quddiemek u din ukoll ser tegħliba. Quddiemek għandek telgħa li ċertament se tkun kapaċi titlagħha. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 14, 16, 18 u 19
L-istilla li se tkun ta’ ostaklu għalik ġejja minn Libra
Gemini huma magħrufin għall-motivazzjoni tagħhom
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
In-new moon li beda taħt iż-żodijaku ta’ Libra se joħloq żmien ta’ stennija għal risposta partikolari li għandha tasal fil-ġimgħat li ġejjin fejn f’dawn il-ġimgħat għandek impenji importanti barra din l-istennija. Dan iż-żmien fuq ix-xwiek ma kienx għal xejn. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: isfar u blu
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 15, 16, 19 u 20
L-istilla li se tkun ta’ ostaklu għalik ġejja minn Capricorn
Cancer huma magħrufin għad-direzzjonijiet pożittivi tagħhom.
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
In-new moon li beda taħt iż-żodijaku ta’ Libra se ser iġiegħlek twebbes rasek aktar u dan jaf ikun ta’ gwadann għalik sabiex turi li int ta’ karatrru. Iva tista’ tidher ħażin imma huwa l-bżonn fil-mument li ser tiffaċċja. B’dak li se turi f’dan il-mument ma int se titlef ebda kredibilità. Se tkun qed tagħti twissija li taf tadatta. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: oranġjo u lewn id-deheb
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 16, 18, 19 u 20
L-istilla li se tkun ta’ ostaklu għalik ġejja minn Pisces
Leo huma magħrufin kemm huma nies ta’ fehma soda
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
In-new moon li beda taħt iż-żodijaku ta’ Libra se jikkawża nuqqas fir-rankatura li kont għaddej biha. Però dan mill-banda l-oħra se jpoġġik b’pożizzjoni sabiex int tiffioka fuqek innifsek. Kull sitwazzjoni fiha l-pożittiv u n-negattiv tagħha għalhekk għalkemm din il-fażi qiegħda ttelfek minn ċertu rutina tas-soltu imma agħraf. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: isfar u kannella
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 15, 17, 18 u 19
L-istilla li se tkun ta’ ostaklu għalik ġejja minn Cancer
Virgo huma magħrufin li jimxu mal-mument.
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
In-new moon li beda taħt iż-żodijaku ta’ Libra se joffrilek opportunità li riesqa lejk però ser toħloq xi ftit ta’ tensjoni madwarek. Int taf li fil-mument mhux iż-żmien għal ċertu deċiżjonijiet taf ukoll li bħalissa trid tkun ferm attent f’dak li tagħmel minħabba dak li int għaddejt imma trid tagħraf sew u b’għaqal kbir dak li hemm riesqa lejk. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu u aħdar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 14, 15, 17 u 19
L-istilla li se tkun ta’ ostaklu għalik ġejja minn Aries
Libra huma magħrufin bħala nies attivi ħafna.
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru
In-new moon li beda taħt iż-żodijaku ta’ Libra se jwassal sabiex int tagħraf aktar timxi b’moħħok milli b’qalbek. Hemm sitwazzjoni madwarek li trid taffaċja bil-qawwa kollha li taf u ma tħallix din is-sitwazzjoni tħarbat dak li bnejt f’dawn l-aħħar xhur. Xejn ma jsir malajr, kollox irid ħinu. Huwa dak il-waqt biex int tara kemm int kapaċi b’moħħok. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: iswed u aħmar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 15, 16, 18 u 20
L-istilla li se tkun ta’ ostaklu għalik ġejja minn Gemini
Scorpio huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
In-new moon li beda taħt iż-żodijaku ta’ Libra se jikkaġuna esperjenza tal-passat u hekk fil-ġimgħat li ġejjin se terġa’ tkun maħkuma minn ftit ansjetà minħabba f’hekk persuna li ma tnatx kellek mument feliċi magħha sejra terġa’ Titfaċċa f’ħajtek u dan jaf ikun ukoll ta’ eżami għalik sabiex tagħraf kemm int b’saħħtek. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: isfar u roża
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 14, 15, 16 u 19
L-istilla li se tkun ta’ ostaklu għalik ġejja minn Taurus
Cancer Sagittarius huma magħrufin għas-sensittività tagħhom
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
In-new moon li beda taħt iż-żodijaku ta’ Libra se joffrilek sfida sabiex int tagħraf tkun kapaċi tiffaċċja sitwazzjonijiet ibsin. Grazzi għal dan int għandek tkun kawt ħafna f’dak li jista’ jkun riesaq lejk f’dan il-mument li fih qiegħed imdawwar b’ħafna pożittività u ma għandekx tkun imfixkel minn dak li ġej jew li se jseħħ speċjalment fejn tidħol l-imħabba li bħalissa qiegħda f’linja tant pożittiva. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u vjola
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 14, 16, 19 u 20
L-istilla li se tkun ta’ ostaklu għalik ġejja minn Aquarius
Capricorn huma magħrufin għall-gwida diretta li joffru.