Il-kliem tad-diska ta' Amber ktibnieh f'ħames minuti
Muxu għandu 24 sena. Kien il-persuna li kiteb il-kliem tad-diska rebbieħa tal-Eurovision, Warrior.
Kemm-il darba pparteċipajt fil-Eurovision bħala awtur?
Din kienet it-tielet sena.
Kemm kellek diski fil-finali tul is-snin?
B’kollox kelli sebgħa.
Kif tħossok li wara dawn is-snin issa rnexxielek? Min jistenna jithenna?
Bħalissa nista’ ngħid li ninsab tassew kunent. Kull sena dejjem ħdimna ħafna biex niksbu l-aħjar riżultat possibli. Meta kont ipparteċipajt bħala awtur tliet snin ilu, bid-diska Betrayed, u kienet ikklassifikat fit-tielet post, ħlomt li t-tragward li jmiss kellu jkun li nirbaħ dan il-festival. U issa nista’ ngħid li rnexxieli.
Kif tiddeskrivi l-aħħar sena tiegħek fil-karriera tiegħek bħala awtur?
Bidlitli ħajti! L-ewwel bdejna bl-ewwel rebħa ta’ Malta fl-istorja tal-Eurovision… imbagħad ġejna magħżula biex niktbu d-diska komuni ta’ din is-sena, #Together, id-diska tal-ftuħ u Diamonds li rrappreżentat lil Malta fil-Junior Eurovision u issa li ksibna l-ewwel u t-tieni post fil-finali tal-Eurovision kienet litteralment il-quċċata tal-muntanja.
L-intervista kollha tistgħu taqrawha fil-ħarġa tal-ILLUM