Naħseb li x-xena tal-moda qed tikber b’pass tajjeb ħafna
Intervista mal-mudella ta' 16-il sena, Amy Zahra
Amy Zahra hi mudella ta’ 16-il sena, toqgħod Ħ’Attard u għadha studenta. Bħalissa qiegħda fl-ewwel sena tagħha l-Junior College u ilha timmudella għal dawn l-aħħar sentejn.
X’taħseb mix-xena tal-moda f’Malta?
Naħseb li x-xena tal-moda qed tikber b’pass tajjeb ħafna u l-ideat u l-opportunitajiet qed jikbru ġmielhom ukoll. Għad fadal ovvjament ħafna żvilupp xi jsir, imma naħseb li qegħdin fit-triq it-tajba.
X’jagħmlek kuntenta fil-ħajja?
Il-ħbieb u l-familja jagħmluni kuntenta l-iktar fil-ħajja. Li nikkuntenta lin-nies b'naqra sagrifiċċju hu ta' sodisfazzjon kbir għalija. Li nies ta’ madwari japprezzaw ix-xogħol li nkun fih jagħmilni kuntenta immens ukoll.
L-intervista sħiħa fil-ħarġa tal-ILLUM