O x’waħda ġratli!
Il-ġimgħa l-oħra għidtilkom bi storja dwar il-mara ta’ Konrad Mizzi. Ommi ma, kont żbaljat. Jiena ma kontx naf dik mhux vera l-karozza tal-mara ta’ Mizzi. Sirt naf bl-iżball għax kif kont hemm biex nerġa’ npixxi fuq ir-rota tal-karozza, sibt kelb tal-wolf li rranġani għall-frisk. Qalli li jekk ma niblax ilsieni jaqtagħli ‘dawk’ barra!
Tal-Broadcasting pastizzi
Mela biex tiskonġra trid tkun pur. Imma l-Ġimgħa, dik il-ġurnata li suppost kulħadd ikun kwiet u ma jgħid xejn, tal-Broadcasting, bi żball, ħarġu videos fuq Youtube bir-riklamar tal-partiti ż-żgħar. X’waqgħa għan-nejk. Li naf biss li tal-Broadcasting ilhom jagħmlu żbalji. L-aħħar waħda kienet ta’ meta ħallew ir-riklam tal-Imperium Ewropa. Riklam tal-mistħija.
Skola li sservi ta’ paraventu
Mela Alla jbierek kont qed nara kemm joħorġu visas għal-Libjani li suppost jiġu biex jistudjaw l-Ingliż. Kont ser ngħidlek x’jistudjaw! Mhu veru xejn, jistudjaw biex iġibu l-familji tagħhom u mbagħad lanqas jersqu lejn l-iskola. U din mhux bħall-istorja ta’ Konrad Mizzi, din ċert minnha.
It-Tranter qisu mhux hu
Eħħ, it-Tranter dak li kien ċermen tal-Enemalta qisu mhux hu. Wara li ħarġet storja ta’ kemm kien jonfoq flus meta kien ċermen tal-EneMalta, ara taħseb li beda jinkwieta. Xejn affattu. Infatti dawn in-nies jaħsbu li kellhom id-dritt divin li jinjoraw kull kunflitt ta’ interess. Li naf hu li apparti l-kunflitt ta’ interess kien hemm l-ardir tiegħu li jonfoq bl-addoċċ.
Biex tirremetti
Mela qabel meta kien ikolli l-istonku ħażin kont nintefa’ niekol ftit ħaxix u mbagħad nirremetti, imma issa sibt soluzzjoni faċli. Nara lil Kevin Schembri Orland jitkellem bl-Ingliż fuq l-Independent Online u qed ngħidlek jitlagħli l-istonku kollu. Jien ma nafx imma jew ħadd ma nduna, jew inkella vera morna l-baħar biex xi ħadd jistaqsi bl-Ingliż u jagħmilha tal-Malti.
Shaw, what a show
Jien meta kont smajt li Jonathan Shaw kien ħiereġ bħal kandidat, qabadni daħk kbir u kelli bżonn nipporga. Meta smajt li ħiereġ mal-PN qabduni dwejjaq kbar u bdejt nibki. Imma meta rajt x’kiteb fuq il-white board, ħassejt li kelli bilfors inħoss moħħi. Ommima, kemm hawn nies li jafux il-limitazzjonijiet tagħhom.