5 ta' Jannar 2014
Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mowbajl. Ibgħat lil [email protected]
Marlene u l-bram
Jien nissuġerixxi li Marlene Farrugia tipprova tifhem ftit li biex tattira l-attenzjoni ma hemmx bżonn taqbeż il-baħar f’Jannar u wisq aktar iċċempel il-Protezzjoni Ċivili. Jien nifhem li hemm problema kbira ta’ protagoniżmu u ego-ċentriżmu, u narċisiżmu, imma hemm bżonn li tifhem li sakemm titlaq mill-politika għandha bżonn tikkalma u tfittex li ma tkomplix tattira wisq attenzjoni. Pariri lest nagħtiha b’xejn!
Wegħda solenni
Jiena niftakar, li kull darba, fil-bidu tas-sena, nagħmlu wegħda. Mela l-ewwel waħda li ma nkomplix nitkellem fuq il-ħadra, beżqa, vomtu li tgħix il-Bidnija. Le minn issa ’l quddiem kull darba li rrid insemmi lilha ħa nsemmi minn jagħtiha l-ispazju jiġifieri lil Pierre Portelli, Malcolm Miller, Joe Said u David Bartoli. Hekk sew u għamluli pjaċir tkomplux tixtru l-Independent.
Joe Said le mhux dak
L-ewwel nett kondoljanzi. Mela dik li hija sostnuta minn Pierre Portelli, Malcolm Miller, David Bartoli u Joe Said dak li għadu ħaj, għażlet li żżeblaħ fin-nofs lil Joe Said li miet. U Alla jbierek issawwat lil dawk għax ma tkellmux fuq il-mewt tiegħu u targumenta minn sormha li għax kienu użawh politikament. Ara vera għandha bżonn tmur tara psikjatra. Jiena għalhekk nissuġerixxi lil Pierre Portelli, Malcolm Miller, David Bartoli u Joe Said tal-Lombard (biex niftehmu) biex jiskużaw ruħhom mal-familja Said u jkomplu jsostnu dik li għandha problema serja ta’ ġenn u kattiverja.
Tonio in Tigné
Kont Tigné Point u rajt l-kummissarju Tonio Borg miexi waħdu fil-mall, iħares qishu l-post tiegħu. Idejh wara dahru, u liebes kowt twil. Issa jien ma nafx imma kien daqxejn assurd. Jaqaw ma hemmx ħwienet tajbin Brussell? Jew kien qed jipprova jammira l-isbuħija tal-kapolavur tal-ħabib tagħna Bertu Mizzi?
Simon u Joseph
Al madoff iż-żewg mexxejja kienu barra fil-weekend imsefrin. Għandi feeling li t-tnejn kienu qed jiffriskaw il-memorji flimkien. Hekk għandu jkun, hawn Malta kulħadd jgħajjar lil kulħadd u barra kulħadd ħabib.
L-Isqof Scicluna
Jien niftakru tafux fl-Università, l-Isqof Scicluna. Kemm kien gustuż u ferm aktar importanti kemm kien Nazzjonalist. Iva ħija, Nazzjonalist minn dawk li ma jarax bejn sema u art. Issa ħareġ bl-għajta li jekk Kattoliku għandek tivvota kontra ż-żwieġ ċivili. Kompli Chalie, għax iktar ma titkellem iktar qed tħaffer qabar għall-Knisja. Knisja li iktar ma jgħaddi żmien iktar turi li hija aljena għaż-żminijiet tal-lum.
Natalino tar-rix
Biex inkomplu nikkonfermaw dak li dejjem konna nafu d-dottor Natalino Fenech issa għandu rubrika tal-għasafar fuq l-Independent. Għax ma tafx, Pierinu Purtelli dak tal-pastizzi, stiednu biex jikteb fuq l-għasafar. U veru tajjeb, għax ngħiduha kif inhi, fuq l-għasafar forsi jibbrilla (xorta mhux xi bravu) imma meta jiġi għall-aħbarijiet oġġettivi… eħħ kwistjoni ta’ opinjoni. U l-opinjoni sagra tiegħi… li mnalla ħlisna minnu fuq il-PBS.
Norman we love you
Ħadt pjaċir nisma’ li Norman ser joħroġ għall-Parlament Ewropew f’isem il-partit tiegħu. Għall-ewwel kelli nħokk rasi mhux ħażin biex nara ma’ liema partit hu. Għax verament meta stajtx nifhem ma’ liema forza politika jżomm. Anki l-fatt li Marlene tal-bram tappoġġjah tkompli tikkonferma li hemm xi ħaġa stramba fil-politika tiegħu. Bejnietna sirt naf ma’ liema partit għax indunajt li dik li hija sotnuta minn Pierre Portelli, Malcolm Miller, Joe Said u David Bartoli qed taqbeż għalih.
Eureka ħiereġ mal-partit ta’ Simon. Hurrah!