Il-poodle

Tony Debono nafuh bħala l-piaccione, u Anne Fenech tħobb taqra... X'inhu jagħmel Austin? U x'inhu ngħidu dwar ir-reġina r-remettar li tgħix fuq iz-zekzik.

Tony Tony

Tony Debono
Tony Debono

Iva Tony Debono nafuħ bħala piaccone. Iva piaccone, bħal dak Musumeci, dak Piaccone ukoll. Imma nsomma tal-inqas Musumeci nice guy, Tony Debono mhux nice guy. Huwa bniedem li jħobb jinħabb minn kulħadd. Issa smajna li George Farrugia issa stqarr fil-qorti li Tony Debono kien heddu li jkissru jekk ma jtihx parti mill-kejk. X’taħwid. Ftakru biss li Tony kien l-ewwel Lejburist u mbagħad Nazzjonalist issa ma nafx x’inhu. 

Anne tal-Mistra

Id-dottoressa Anne Fenech tħobb taqra Dr Jekyl & Mr Hyde, għax waqt li bħala partit kontra l-Mistra hi bħala avukatessa qed tirrappreżenta l-Għarab. Għax miskina din Anne of Mistra qed tmut bil-ġuħ, tant ma taqlax flus li lanqas taf x’ser tagħmel bihom. Eħħ Anne of Mistra trid tiddeċiedi jew politics jew business. Ma tistax tagħmel it-tnejn. U forsi Anne of Mistra tifhem li hi tirrappreżenta l-kriżi li hemm fil-partit tal-Penne. Il-kriżi tas-skizofrenija! Ole!

 Austin Powers

 Kemm ħadt pjaċir nara lil Austin tagħna jitbandal mad-dgħajsa wara weekend mal-ħbieb fuq il-ġżira ta’ Kemmuna. Mort niġri u staqsejtu: “Hawn Austin! Ħadt pjaċir?” Ħares lejja bl-ikrah: “Mhux affarik, xiz-zokk taħseb li jien xi ktieb miftuħ?” Komplejt bil-mistoqsijiet: “Kilt tajjeb? Xrobt?” U f’daqqa waħda wiċċu xegħel: “Ostra, kilna u ħrajna kemm flaħna, u kellna l-Gululu ssajrilna. Kemm hu tajjeb ostra u kemm kilt. Ara żaqqi, kift sirt.” U kulħadd infaqa’ jidħaq. U Austin beda jitbissem u qal” “Mela hekk, ja qatta...”

L-Apartheid tar-reġina

 Mela r-reġina tar-remettar dik il-kerha, dik li tgħix fuq iz-zekzik tal-qħab bdiet turi s-sogħba tagħha lejn il-mewt ta’ Nelson Mandela. Ma tarax li din id-dukessa ta’ qrid u l-mibgħeda turi d-dispjaċir tagħha għall-mewt ta’ Mandela. Ara vera jrid ikollok sormok u wiċċek l-istess. Din hija l-istess persuna li bil-kitbiet tagħha twassal il-messaġġ ta’ mibgħeda bejn il-klassijiet u bejn min għandu differenza fl-opinjoni politika. Forsi l-apartheid spiċċa fl-Afrika t’Isfel u mhux fil-Bidnija, is-sit minn fejn ir-reġina tferra’ l-vomtu kollu tagħha.

Is-sinjura Debono

Kristy Debono
Kristy Debono

 Mela kont il-Parlament meta kien hemm is-suġġeriment biex Kristy Debono tiġi proposta bħala speaker għal ġurnata. Għal mument lanqas ridt nemmen dak li smajt. Iva ħija, min-naħa tal-gvern kien hemm ħsejjes annimaleski u mbagħad minn taħt l-ilsien xi ħadd qal “Iii, kont ser nitlaq issa ser noqgħod.” Tafux, kemm ħadet pjaċir Kristy. Għajb li minflok dublett kienet liebsa qalziet u ġlekk, Wuuf, wuuf!

Biex tiskonġra trid tkun pur

George Pullicino
George Pullicino

L-eks Ministru Nazzjonalista George Pullicino tkaża b’dawk li sejjaħ bħala musical chairs fl-Enemalta, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u l-Arms. Jidher iżda li George, miskin għandu memorja qasira u għalhekk tajjeb li nfakkruh f’ċertu avukat jismu Noel Buttigieg Scicluna. Sur Ġorġ meta inti kont membru tal-Kabinett dan l-avukat kien Segretarju ta’ mill-inqas disa’ bordijiet differenti f’daqqa, li minn ħamsa minnhom biss daħħal €110,000. Dan is-super avukat Nazzjonalista serva fost l-oħrajn fl-istess ħin bħala Segretarju tal-bord tal-Awtorità Marittima, tal-bord tal-Enemalta, tal-bord tal-ARMS Limited u tal-bord ta’ Transport Malta. Imma bil-kejl ta’ Ġorġ, Buttigieg Scicluna kellu kull dritt jiekol b’dal-ħluq kollha sempliċiment għaliex waqgħetlu żokortu fil-Partit Nazzjonalista fl-aħħar 40 sena. U Ġorġ tajjeb li tkun taf li wara l-aħħar elezzjoni l-Kap tiegħek Xmun ħatar lil das-super avukat Nazzjonalista bħala membru fil-Kummissjoni interna għall-għażla tal-kandidati Nazzjonalisti. Sur Ġorġ ftakar li biex tiskonġra trid tkun pur.

Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mobajl. Ibgħat lil [email protected]

More in Poodle