Il-poodle
X'kien qed jagħmel fuq it-tablet Fra Ġużepp? U min hu dak li jgħum fil-flus imma għandu d-dejn? X'inhuma jagħmlu l-Pulizija? U kemm ħadet gost Michelle!
Jekk tisma’ xi ħaġa interessanti għidhieli. Jekk tilmaħ lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mowbajl.
Ibgħat imejl fuq [email protected]
It-tablet ta’ Fra Ġużepp
Mela Dun Joe Borg, dak il-ħelu li fi żmienna konna nafuh bħala Father Beirut huwa persuna devot ħafna. Tant hu devot li meta rajtu fil-purċissjoni ma stajtx ma ninnutax li kellu fuqu tablet. Le, mhux bħal ta’ Mosè, imma tablet elettroniku fejn Dun Joe kien qed jara l-aħħar aħbarijiet dwar il-patrun qaddis tiegħu favorit San Ġużepp. Eħħ, imma saċerdot imqareb, mhux bħal Dun Jesmond Gauci magħruf bħala l-Papa, qalilna li Dun Joe mhux fuq San Ġużepp kien qed ifittex imma fuq xi menu take away. Għax jekk ma tafux Dun Joe dilettant tal-ikel u jħobb jordna t-take aways Indjani, fil-kwiet ta’ daru. Ovvjament waħduuuuu.
Dejn sabiħ
Mela kelb ħabib qalli kemm għandu jagħti flus ċertu deputat fil-Parlament Ewropew lil ċertu aġenzija tal-ivvjaġġar. Issa ma nistax nifhem kif parlamentari jista’ ma jħallasx għal biljetti tal-ajru, b’mod speċjali meta għandu tant fondi sbieħ biex jagħmel festa festun. Lanqas nista’ nifhem kif ħadd għadu ma drahx lil dan il-parlamentari, l-iktar, l-iktar meta wieħed jara li fil-passat kien ħawwiedi mhux ħażin.
Kill Bill Vol 3
Kont id-depot u kelb tal-pulizija kien qed jisma’ lil dawn iż-żewġ uffiċjali tal-pulizija jitkellmu bejniethom. “Kemm qed nieħu pjaċir b’dan il-qtil tat-Tyson, taf hux, dawn qed jagħmlulna xogħolna dawn il-qabda ħmieġ.”
“Iva Spir, irrisponda l-ieħor kieku jien intihom l-armi ħa joqtlu lil xulxin.”
“Min qallek li mhux hekk qed isir?”
“Tgħidlix?” qallu l-ieħor.
U t-tnejn tbissmu u ħarsu madwarhom: “Tgħajjatx għax jisimgħu dak li qed ngħidu.”
Altogether at Villa Francia
Kemm ħadet pjaċir Michelle hekk kif ħadet b’idejn all the big boys hekk kif waslu għad-drinks party f’Villa Francia. Kienet okkażjoni importanti biex kulħadd joħroġ ilsienu għal Prim Ministru tagħna lkoll, Joseph. Idur u jħuf kien hemm il-Ministru Cardona, magħruf li ma tantx iħobb iħares lejn in-nisa. Kemm huma ħelwin bħala koppja hux Michi u Joey. Jien irnexxieli nidħol fil-ġnien ukoll, u smajt lil Joseph idur fuq Michelle u jgħidilha: “Ma tantx niflaħ, u kif ngħid li għandi ngħid se naħrab sad-dar.”
“Okay honey,” qaltlu Michelle u tatu bewsa minn dawk. Hekk kif kien ħiereġ ġie fuqu big boy Sandro Chetcuti. Ħareġ ilsien kbir u qallu b’dak il-vuċi mimli ħsejjes taż-żrar imkisser: “Okay Prim? Diġà sejjer? Prosit tad-diskors, veru tajjeb, veru on the spotty.”
“Thank you,” qallu l-Prim.
Daħal fil-karrozza sewda bil-ġild kulur it-tofì u dar fuq id-driver: “Ommi ma, on the spotty qalli, minflok on the spot, kif narah inkun se nirremetti!”