Il-poodle
Kemm hu nej il-Prinċep William... u ejja naqbżu ftit għall-kaċċaturi. X'għamel Joe Bannister? U fejn qiegħda s-saħħara tal-Bidnija? Qed nimmissja r-remettar!
Prinċep William in-nej
Kemm ħadt pjaċir nifraħ mal-Prinċep William. Kemm hu ħelu, u bejnietna, vojt. Għax ejja ħa nammettu ma jiswix karlin. Imma l-aqwa li ġibnieh hawn biex inżanżnuh fuq il-Barrakka ta’ Fuq mal-isbaħ politiċi li hawn. Għax għandu raġun Charlie Xuereb, dak li jiżbogħ xagħru, li missna nistħu li nġibu minn ħakimna biex niċċelebraw il-ħamsin sena. Eħħ xi kultant naħseb li Dottor Muscat qed ikun wisq ‘piaccone.’
Il-Mark Anthony Falzon
La darba qed nitkellmu fuq iċ-ċelebrazzjonijiet ikollna nammettu li kien hemm xi wħud li ma kinux qed jiċċelebraw. Kienu l-kaċċaturi u ovvjament dak il-bravu ta’ ċermen tal-kumitat Ornis il-Professur Mark Anthony Falzon li kienu, ejja ngħidu, imdejqa bid-deċiżjoni. Nistgħu ngħidu għal żewġ raġunijiet differenti. Il-kaċċaturi għax jaħsbu li għandhom id-dritt divin li jisparaw meta jridu u kif iridu u l-professur ta*-**** għax induna li l-kumitat Ornis li qed jiċċerja ma għandhomx ‘say’ kif u x’jagħmel il-Prim. Tajba, lil Professur ngħidulu aħjar jagħmel dak li jaf jagħmel, jikteb fit-Tajms u jurina kemm hu bravu. Olè.
Naqbżu għal kakkaturi
Bil-mod tafux. Jien ma rridx naqbeż għall-kakkaturi imma mhux sew li min ipprotesta quddiem Kastilja spiċċa l-ħabs. Kieku dawn kisru jew weġġgħu lil xi ħadd orrajt. Imma ejja, noqogħdu attenti, vera dawn għajru lil Prim imma dan mhux xi reat. Imma mhux kulħadd jaħsibha hekk u msieken spiċċaw il-ħabs. Noqogħdu attenti qed nuru wisq li l-ġudikatura taġixxi skont it-temp fil-pajjiż.
Joe il-Bannister
Qaluli xi ilsna ħżiena li Joe Bannister il-kap tal-MFSA kien qed jiċċelebra l-anniversarju, istra għandu 70 sena! U mid-dehra ma tantx marret tajba l-ikla għax spiċċa ħassu ħażin. Kien hemm daqsxejn ta’ xena fl-MFSA. Nispera mhux veru għax il-professur Bannister huwa bniedem serjissimu. Tant hu hekk li kulħadd jirrispettah anke l-Prim u ovvjament il-bravu Edward Scicluna, il-Ministru Scicluna. Iżda minkejja kollox, jibqa’ l-fatt li Bannister żammewh għax jaħsbuh bravu, tant hu bravu li f’dawn l-aħħar snin qabda investituri Maltin tilfu sormhom minħabba nuqqas ta’ moniteraġġ mill-MFSA.
Nimmisja r-remettar
Ara vera ma nistax norqod kemm ilha li r-reġina tar-remettar tal-Bidnija waqfet milli tikteb. Hemm ħafna ipotesi, fosthom hi li bħalissa qed tiġbor il-biċċiet tal-kollezzjoni tad-Doulton li kienet waddbet lir-raġel tagħha. Ipotesi oħra hi li se ssir soru u li qed jiddispjaċiha li weġġgħet salt nies u ndunat kemm hemm nies ħodor li jħobbu jaqrawha.
Jekk tisma’ xi ħaġa interessanti għidhieli. Jekk tilmaħ lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mowbajl. Ibgħat imejl fuq [email protected]