Il-Poodle
Lou Bondi spiċċa trejner ta' Ernst & Young, Austin rabba żaqq biġ-ġin u t-tonic u issa l-kaċċaturi la huma ma' Ġużeppi u lanqas ma' Xmun. Daphne rritornat mill-Costa Rica iktar kerha milli kienet u kemm hu cool Claudio Grech!
It-trejner
Kemm ħadt pjaċir nisma’ lil Alistair Campbell fil-konferenza ta’ Ernst & Young, imma ħadt pjaċir nara d-diskorsi tal-Maltin li kienu mħarrġa mis-sur Luigi Bondi, il-pinnur ta’ Malta. Iva ħija ta’ Ernst & Young jemmnu fil-kapaċitajiet tas-Sur Bondi. Hekk għandu jkun, kienu wara l-perċimess li bil-programmi tiegħu għen il-Partit (tiegħu) tal-Lejber biex jirbaħ l-elezzjoni bil-kbir. Olè.
Agostino u l-ġinn u t-tonic
Kemm ħadt gost nara lil Agostino Pio Gatt il-qorti, jiftaħar li għandu żaqq daqs ta’ bodbod għax skont hu jixrob il-ġinn bit-tonic. Mhux hekk biss l-onorabbli qorti ġiet infurmata li l-Agostin ma setax jitla’ l-qorti għax kien sejjer jara l-Milan. Hekk sew. M’hemmx x’tagħmel jekk Agostino jgħid hekk, hekk irid ikun.
Kontra Xmun u kontra Ġużeppi
Mela darba kien hemm kaċċatur sabiħ u gustuż. Kien sab lil Simon Busuttil, u dan qallu biex imur isaqqi l-ħass tal-Marsa. Dan il-kaċċatur kien qallu li żiggi jivvota għan-Nazzjonalisti. U jkolli ngħid li dan il-kakkatur ivvota Lejber. U hekk hu għax issa fuq Facebook spiċċa wriena li qatta’ t-tessera tal-Lejber. Hekk sew!
Defni tal-Costa Rica
Kemm ħadt pjaċir nara li rritornat il-kaxxa perlini minn Costa Rica u bħas-soltu ġiet lura misjura. Ikolli ngħid, iktar ħadra, skużi krudili u iktar kerha minn qatt qabel. Qisha għandha diska li ddoqqha għal kulħadd. Imma tinsewx u tibżgħux għax il-liġi tal-libell ma tapplikax għaliha. Tapplika għal min hu ġifa u baħnan. U jekk ma tafux għal min qed ngħid infakkarkom li qed ngħid għal dik id-D****, ir-reġina tar-remettar jew kif inhi magħrufa aħjar Vezleja Demarco!
Cool Claudio
Kemm hu cool is-Sur Claudio, il-mexxej il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista ta’ ħames snin oħra. Iva ħija, is-Sur Claudio se jkun il-kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista meta fl-elezzjoni li ġejja jerġa’ jitkaxkar minn Ġużeppi poodle Muscat. B’dan kollu ma jfissirx li Claudio se jirbaħ għaxar snin oħra. Xejn affattu, biex tirbaħ jingħad li jrid ikollok il-flus, u miskin Claudio lanqas għandu għaxja ta’ lejla.
Marthese tal-basket
Ehh Marthese kienet furtanata għax din il-ġimgħa l-ajruplan tal-Air Malta kellu jittardja għax indunat li ħalliet il-basket fis-sala tat-tluq. Ehh l-ajruplan telaq 25 minuta tard, wara li niżżlu biex isibu l-basket. Lil Marthese Portelli ngħidulha: għid grazzi lil Air Malta u lil Poodle talli ma qagħadx jagħmel għagħa kbir.
Joe Giglio jara kbir
Mela l-Avukat Joe Giglio daħal f’kumitat dwar policies tal-PN imma għasfur sabiħ u tond qalli li flimkien ma’ erba’ persuni oħra qed jispera li jidħol fiż-żarbun ta’ Simon meta jitlef l-elezzjoni. Ibqgħu magħna biex tkunu tafu minn huma l-erba’ persuni oħra, u jinkludu fost l-oħrajn mara!