Il-Poodle
Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mowbajl. Ibgħat lil [email protected]
Il-pagi baxxi
Biex jiddedika Jum il-Ħaddiem u l-pagi baxxi Simon Busuttil mar iżur il-Betsson fejn il-ħaddiema jaqilgħu pagi li tant huma kbar li kieku Jum il-Ħaddiem jiġi ċċelebrat kuljum. Imbgħad Xmun imur jikteb li l-ħaddiema barranin qed jiġu Malta minħabba l-pagi baxxi. Ma nifhmux.
Michelle u l-Grand Cross
Kemm ħa pjaċir Joseph Muscat li l-Kavallier Gran Mastru Ingliż dak ismu ma ddurlix li għandu żaqq ta’ porku ta l-unur tal-Grand Cross of the Order “pro merito melitensi” lil Michelle Muscat. F’kumment qasir u f’waqtu lill-Poodle, il-Prim qalilna: “Jiena naqbel li Michelle the love of my life, tingħata il-Salib il-Kbir tal-ordni.” U wara nfaqa’ jidħak. Ola, olla, s-salib il-kbir, olla olla, olla, oooollllaaa. Ole!