Shady Lady
Jekk taraw xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk taraw lil xi ħadd interessanti ibagħtuli ritratt bil-mowbajl. Ibagħtu lil [email protected]
Għeżież qarrejja tal-gazzetta IILLUM,
Jiena Beppe Fenech Adami, il-Membru Parlamentari u nitkellem bil-‘psi’ u l-‘pse’. Nixtieq ninfurmakhom li minn issa ‘l quddiem se nkun qed nibbaża l-informazzjoni kollha tiegħi fuq dak li tgħid id-defni.
Bħal ma tafu id-defni hija tarka għall-pi enne. Naf li titkellem bil-ħdura u l-mibgħeda, imma x’nitnejjek! Anzi kieku ma kinitx kerha pesti u kellha sorma kbir daqs rawndebawt, kieku ngħid li nitlaq kollox u mmur ngħix magħha.
Min jaf kemm fiha gost. Imma nibża li nispiċċa b’ xi platt fuq rasi bħal ma ġralu r-raġel pastizz li għandha.
Issa importanti tapprezzaw li meta d-defni attakkat l-bar fil-Belt fejn jintefa Chris Cardona għażlet li ma ssemmix in-nazzjonalisti kollha li jixorbu hemm, inkluż membri parlamentari, avukati u periti!
‘Shady’ għax ovjament riedet tgħid li jsiru ħwejjeġ ‘very wrong.’ Għalkemm m’għandiex prova waħda mġiddma li hemm affarijiet ħżiena jew illegali. Jien x’nitnejjek!
Jien mill-ewwel irrepetejt dik li qalet id-defni (t-tarka tal-Pi enne) mingħajr ma tajt każ li f’dan il-bar jixorbu wkoll ħafna nies li huma ħbieb tiegħi.
Xtaqt insemmihom imma ma rridx naqa għan-nejk.
Isma jien m’inix bniedem kattiv bħal ma jpinġuni ħafna nies, lanqas jien intelliġenti ħafna, anzi l-oppost.
Insomma, nixtieq ngħid li qabel ma ddeċidejt li noħrog ngħajjar u nagħmilha ta’ pappagall tad-defni ddiskutejt kollox ma’ Simon u ovjament ma’ Marju wkoll.
Iva Marju DeMarco, dak li jagħmel xi xogħol ta’ avukat ma’ Tumas.
Iva ħija! Bħal Claudio ta’ Austin, ma tafux, li jagħmel xogħol maċ-ċaqnu? U iva bħal ma kont nagħmel jien u sieħbi Michael Falzon tal-lejber.
Insomma, Marju u Simon qablu miegħi. Marju kien daqxejn ħosbien. Għax tafux, darba minnhom id-defni għamlet inswinazzjonijiet koroh fuq missieru Gwido. Alla ħares kont jien għax kont …..
Insomma insinwazzjonijiet koroh tafux.
Imma minn dak iż-żmien kollox inbiddel għal-defni, minn meta ltaqgħet ma’ Riċċard. Minn dik il-ġurnata saret bħali, temmen li n-Nazzjonalist huma razza speċjali u l-lejburisti huma qabda kwadri u ċwieċ.
Issa, ħa niftehmu, jien qed ngħid kollox biċ-ċajt.
Issa billi għedt li l-bar huwa shady, x’hemm ħażin? L-aqwa li waħħaltu lil Chris Cardona.
Jien x’ala l-bubun!
Jien kont naf, per eżempju, li Silvan Fenech m’ għandux x’jaqsam ma’ electrogas għax m’għadux shareholder aktar tat-Tumas Group, imma jien x’nitnejjek!
Imma kien jaqbel li nagħti l-impressjoni li hu għandu x’jaqsam biex nħammeġ lil Chris, hux.
Staqsewni “għalfejn ma ssemmiex lil Joe Gasan meta issemmi lil Electrogas?” u weġibthom li jien nsemmi lil min irid.
Imbgħad qaluli oqgħod attent, għax jekk titfa t-tajn titħammeġ int.
U staqsejthom “min? Jien?” U qaluli “u issa Beppe, mhux kullħadd għandu xi jxomm, int ma kontx ħabib ta’ dak tal-petrol station ta’ H’Attard? U imbgħad xi tgħid dwar ħbiebek kuntratturi?”
Qaluli “Beppe m’intix verġni tafx”.
U jien b’umiltà kbira rrispondejt “jien Beppe Fenech Adami u jiena nista nitfa’ tajn fuq ħaddieħor għax jien Nazzjonalist u aħna n-nazzjonalisti postna mhux fuq in-naħa tal-oppożizzjoni imma fil-gvern.
U mbagħad kien hemm bravu li qal, “Imma Beppe ma qalulekx li inti għandek 15 il-sena fl-oppożizzjoni?”
U jien b’ton ċajtier għedtlu, “mur ara kemm tkun kerha defni ta’ 65”
Ommi ma, x’biża!
Għalissa ciao ħbieb, u toqgħodux tinkwetaw, jiena ħa nibqa konsistenti kif dejjem kont – iġifieri li jekk jkun hemm xi ħadd lejburist jieħu drink ġewwa xi bar jien ha ngħid li dak il-bar huwa shady. U niġi naqa u nqum jekk nirovinalu n-negozju.
Għax my name is Beppe!
U jien x’nitnejjek!