![[IT-TIENI PARTI] Is-sensiela oriġinali Planet of the Apes](http://content.illum.com.mt/ui_frontend/thumbnail/684/0/planet_of_apes_2.png)
FILMAT | L-aħħar ‘Halleluljah’ għal Leonard Cohen
Imut il-kantawtur Kanadiż Leonard Cohen fl-età ta’ 82 sena

Id-dinja tal-mużika tilfet stilla oħra illum, hekk kif il-kantawtur u poeta Kanadiż, Leonard Cohen miet illum fl-età ta’ 82 sena.
Il-mewt ta’ Cohen, li forsi ħafna l-aktar familjari mas-suċċessi tiegħu ‘Halleluljah’ u ‘Dance Me to the End of Love’, ġiet imħabbra aktar kmienu dalgħodu fuq il-paġna facebook uffiċjali tiegħu, minkejja li għadhom ma’ ħarġux dettalji dwar il-kawża tal-mewt.
Il-Prim Ministru tal-Kanada, Justin Trudeau qal dalgħodu fi stqarrija li "Huwa dispjaċir kbir għalija li sirt naf bil-mewt tal-leġġendarju Leonard Cohen. Se jibqa’ mfakkar għall-vuċi tiegħu, is-sens tal-umoriżmu li kellu u l-lirika tad-diski ssaħħrek, li biha ħalla diski favoriti f’kull ġenerazzjoni”