Etimoloġija | Manuskritti tal-inkwiżitur jikxfu l-oriġini tal-kelma 'mniegħel'

Fit-tieni parti tal-programm se mmorru l-Belt Valletta u se nesploraw minn fejn ġej il-laqam 'Due Balli'

Fis-sbatax-il episodju mis-sensiela Etimoloġija se mmorru l-Arkivju tal-Katidral biex nifhmu mhux biss xi tfisser, imma anke minn fejn ġejja l-kelma 'mniegħel.' L-etimoloġija tagħha se nsibuha f'manuskritti ta' żmien l-inkwiżizzjoni.

Fit-tieni parti tal-programm se mmorru l-Belt Valletta u se nesploraw minn fejn ġej il-laqam 'Due Balli' mogħti lil waħda miż-żoni residenzjali tal-Belt Valletta.

Il-programm Etimoloġija jixxandar kull nhar ta' Tnejn, fl-4:15pm fuq TVMnews+

Il-programm qed jittella' bl-għajnuna ta' BDL Books. Żur is-sit bdlbooks.com

 

More in Etimolo?ija