Il-Gazzetta ILLUM twaqqfet minn Saviour Balzan u l-MediaToday fl-4 ta’ Ottubru tal-2006 u matul dawn is-snin poġġiet lilha nnifisha fuq quddiem bi stejjer politiċi u anke soċjali.
Iżda l-ILLUM, anke permezz dan is-sit tagħha, ma tieqax hemm. Hija wkoll magħrufa għall-analiżi tagħha fuq is-sitwazzjoni politika tal-pajjiż minn żmien għal żmien. Bħala l-unika gazzetta indipendenti, liberali u b'vuċi favur min m'għandux leħen, l-ILLUM tista’ tagħmel dan b’mod aktar oġġettiv u tagħti importanza kbira lill-użu tal-Malti.
Għall-ILLUM, kull persuna għandha x’toffri u x’tirrakonta u għalhekk għandha dritt li tingħata widen. Kull storja hija importanti, żgħira kemm hi żgħira, kbira kemm hi kbira u propju għalhekk li dejjem kienet il-vuċi taż-żgħir u semgħet lil kul min talabha l-għajnuna.
L-aspett kulturali u dak kollu li jagħmel il-Maltin dak li huma, huwa wkoll importanti għall-Gazzetta ILLUM u s-sit tagħha tant li fl-aħħar snin ħadmet biex tippromovi aspetti tal-kultura u l-identità Maltija, fosthom il-festi tal-ibliet u l-irħula Maltin.