Il-qamar kwinta waqt iż-żodjaku ta’ Taurus

L-oroskopju mwassal mill-astroloġista Paul Jon

Mill-Ħadd 28 ta’ April sas-Sibt 4 ta’ Mejju 

Taurus (it-Tawr) mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju: 
F’dan il-qamar kwinta għaż-żodjaku ta’ Taurus għalik l-istess Taurus se jagħtik iċ-ċans sabiex bir- ritmu tiegħek tkun tista’ tanalizza aħjar il-karriera tiegħek, kif qed titkattar , u tkun dejjem iffokkat. Taurus huma magħrufin għall-abbilita’ organizzata tagħhom. Namaste. 

Cancer (il-Qabru) mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju: 
F’dan il-qamar kwinta għaż-żodjaku ta’ Taurus għalik Cancer se ikun mument li taħtaf aktar dawk l-oppurtunitajiet li forsi ma kontx qed tagħti wisq kashom, opportunitajiet li jistgħu jipprovdu aktar stabbilità fil-ħajja tiegħek. Cancer huma magħrufin għall-abbilità u t-twemmin fihom infushom. Namaste. 

Libra (il-Miżien) mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru:  
F’dan il-qamar kwinta għaż-żodjaku ta’ Taurus għalik Libra ser iwasslek aktar lejn ir-realtà, għalkemm xi kultant tipprova taħrab minnha. Issa dan ma għandux jibqa’ aktar. Libra huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. Namaste.  

Capricorn (il-Wott) mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar:  
F’dan il-qamar kwinta għaż-żodjaku ta’ Taurus għalik Capricorn huwa mument dwar kif ser tkompli ssaħħaħ id-dehra tiegħek. Kompli bir-ritmu li qbadt għax ir-riżultat ser ikun miksub żgur. Capricorn huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. Namaste. 

Pisces (il-Ħut) mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu: 
F’dan il-qamar kwinta għaż-żodjaku ta’ Taurus għalik Pisces huwa mument li int trid tagħraf tanalizza liema direzzjoni hi l-aktar vantaġġjuża għalik. Għalhekk ara li tkun iffokat. Pisces huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Namaste. 

More in Oroskopju