Is-sit elettroniku tal-PN hijacked mumenti wara li l-partit joħroġ bit-tema ’Għalik’

Id-drama politika f'kull elezzjoni tkun, iżda din is-sena mxejna minn billboards u flyers għal siti sħaħ ffalsifikati. Aqra hawn biex tagħraf is-sit falz ta' 'għalik'

Is-sit elettroniku 'Għalik,' kif tidher bil-filmat kontra t-tema tal-PN.
Is-sit elettroniku 'Għalik,' kif tidher bil-filmat kontra t-tema tal-PN.

Is-sit tal-Partit Mazzjonalista ġie hijacked minn persuni li sa issa mhux identifikati.

Ilbieraħ, f’jum il-Ħaddiem, il-Partit nazzjoanlista nieda l-kampanja elettorali tiegħu bit-tema ‘Għalik.’

Skont l-informazzjoni tas-sit, din inħolqot fid-29 t’April, iżda l-kontenut tas-sit ġie aġġornat fl-1 ta’ Mejju għall-ħabta tal-11 am.

Minkejja il-kuluri vibranti, u tipa tal-kitba ħelwa, Għalik,’ spiċċat użata minn persuna mhux identifikata sabiex jiġi ffalsifikat sit li jattaka lil PN.

Bl-istess użu ta’ marketing, is-sit jilqgħak għal kuluri friski, bit-tema ‘Għalik’ l-ewwel ħaġa li tara, faċli taħseb li s-sit huwa tal-PN.

Is-sit fih biss filmat wieħed, minn account ta’ YouTube falza u magħmul riċentament. B’verżjoni oħra tat-tema tal-PN, il-filmat ‘Għalihom,’ jikkontraddixxi totalment dak kollu li l-PN qal fl-aħħar ftit xhur.

Il-filmat jibda’ b’stampa ta’ politikant Nazzjoanlist wara ieħor iteptep. Uċuħ Nazzjonalisti familjari, fosthom il-Kap tal-partit Bernard Grech u l-President tal-Partit Nazzjonalista. Kliem abjad jaqra “Għalihom” u “Ma jridux it-8 ta’ Ġunju għalik imma għalihom infushom”.

Il-filmat jibqa’ għaddej b’clips żgħar ta’ Bernard Grech f’diskorsi politiċi tiegħu, u jispiċċa bi stampa ta’ David Casa, Lawrence Gozi u Simon Busuttil, bil-kliem “Għalihom infushom, mhux għalik) imqiegħed fuqhom.

Tajjeb ngħidu li mill-bieraħ 'l hawn il-Partit Nazzjonalista ħareġ billboards ġodda fit-toroq, bl-idea li jmaqdar it-tema magħżula mill-Partit Laburista.

Inspirat mill-innu tan-nazzjon, it-tema tal-PL hi "Is-Saħħa lill-Maltin," iżda f'billboards maħruġa mill-PN, il-kelma saħħa hi żgassata u mbiddla għal "sraqna," b'referenza għal-kawża tat-tlett sptarijiet li l-gvern, taħt l-amministrazzjoni ta' Joseph Muscat, ta lil Vitals.

Ewropej Funded by the European Union

Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta.

More in Ewropej 2024