“Ma kontx naf jekk kienx ħaj jew mejjet. Lanqas għaraftu. Kont naf li huma Simon Schembri għax qaluli.” Dan kien kliem is-Surġent Oliver Vella, mit-Taqsima tat-Traffiku, waqt li dalgħodu kompliet il-kumpilazzjoni ta’ evidenza kontra Liam Debono, iż-żagħżugħ ta’ 17-il sena akkużat bl-attentat tal-qtil tal-Kuntistabbli.
Fix-xhieda tiegħu, is-Surġent beda jirrakkonta kif meta wasal Ħal Luqa sab lil Schembri mixħut mal-art u wiċċu ‘l fuq, iżda malli kien se jiddeskrivi id il-vittma, kellu jieqaf.
Qal li minn hemm mar Ta’ Kandja, fejn sab karozza Mercedes, biż-żejt iqattar u l-akkużat b’idejh marbuta ħdejn il-vettura.
Omm u oħt Liam jagħżlu li ma jagħtux ix-xhieda
Apparti, s-Surġent, issejħu wkoll omm u oħt l-akkużat li iżda infurmaw lill-Maġistrat li , għażlu li ma jagħtux ix-xhieda tagħhom, privileġġ fil-liġi mogħti lill-ġenituri u lill-aħwa ta’ akkużat.
Xhud ieħor kien il-Kap tad-Dipartiment tal-Ortopedija fl-isptar Mater Dei, Ray Gatt, li qal li l-kuntistabbli sofra 66% diżabilitá.
Lina Janulova, Amministratur Mediku tal-Isptar, ippreżentat fajl quddiem il-Qorti, oħxon daqs żewġ direttorji tat-telefown, li jinkludu rapport dwar saħħet Schembri relatati mal-inċident.
Intant, l-Assistent Kummissarju Stephen Mallia qal li dakinhar tal-inċident, meta wasal fuq il-post, sab lil Debono mmanetjat u staqsih jekk kienx jaf li għadda minn fuq Pulizija. “Weġibni iva,” qal Mallia.
Huwa qallu li l-karozza kienet ta’ ommu u li l-pjanċi tar-reġistrazzjoni kienu fil-garaxx. F'Seduta oħra, Debono qal li l-karozza kienet misruqa u kienet ta' oħtu.
Is-Surġent Oliver Vella, mit-Taqsima tat-Traffiku qal li sab lil Schembri mixħut mal-art, wiċċu l-fuq u malli kien se jiddeskrivi id Schembri, kellu jieqaf.
Il-kompilazzjoni tkompli.
Aqra dak li nqtal f’seduti oħra:
'Ħeqq, m'hemmx x'tagħmel' - Kliem Liam Debono meta qalulu li seta' qatel pulizija
'Kont taħt il-karozza u bdejt nara kollox, bdejt ngħajjat; Ieqaf! Ieqaf!'