Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Popolari Ewropew, Simon Busuttil qal li "għat-tieni xahar konsekuttiv Malta sabet ruħha fuq l-aġenda tal-Parlament Ewropew (EPP), mhux għax l-affarijiet sejrin sew imma għax mhumiex."
Dan intqal minn Busuttil fid-dawl ta' vot fuq riżoluzzjoni mill-EPP stess dwar is-saltna tad-dritt f'Malta.
Ir-riżoluzzjoni tħeġġeġ lill-Gvern Malti biex juża r-riżorsi kollha meħtieġa u jġib quddiem il-ġustizzja mhux biss kull individwu implikat fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, iżda wkoll dawk implikati fil-każijiet l-oħra kollha li bħalissa qed jiġu investigati jew irrappurtati u li kienet ħarġet għad-dawl qabel il-qtil tagħha.
For the 2nd month running, Malta is on the agenda of the European Parliament. And that’s not because things are fine. It’s because they are not.
Posted by Simon Busuttil on Wednesday, 28 April 2021
Il-Partit Popolari Ewropej fi stqarrija qal li jemmen li x-xogħol ta' Daphne Caruana Galizia kien essenzjali fil-kxif tal-korruzzjoni f'Malta u li żviluppi reċenti fuq investigazzjonijiet relatati "jaffermaw l-importanza kbira ta' midja indipendenti u soċjetà ċivili attiva bħala pilastri fundamentali tal-ġustizzja, demokrazija u l-istat tad-dritt"
Skont l-EPP, l-Parlament Ewropew illum se jemfasizza fuq "l-iżviluppi inkwetanti f’Malta li wasslu għal theddid serju u persistenti fuq is-saltna tad-dritt, id-demokrazija u d-drittijiet fundamentali, inkluż theddid għal-libertà tal-midja u ndħil politiku fl-indipendenza tal-infurzar tal-liġi u l-ġudikatura."