Il-YOU b'kampanja biex iż-żgħażagħ jsemmu leħinhom għal Ewropa aħjar

L-aktar ideat appoġġati mbgħad jiġu preżentati f'rapport lill-Memberi tal-Konferenza u l-Membri tal-Parlament Ewropew

Il-Youth Outreach Unit (YOU) tal-Parlament Ewropew qed iħeġġeġ liż-żgħażagħ madwar l-Unjoni Ewropea (UE) biex jipparteċipaw b'mod attiv fil-ħajja demokratika Ewropea. Huwa għalhekk li għat-tielet sena konsekuttiva, il-YOU qegħda tagħmel kampanja bil-ħsieb li żgħażagħ madwar l-UE jibgħatu numru ta' ideat lill-Parlament Ewropew.

Imniedha għall-ewwel darba għall-Avveniment Ewropew taż-Żgħażagħ 2018, din hija pjattaforma online fejn wieħed jista' jiddeskrivi l-opinjonijiet u l-ideat tiegħu dwar kwistjonijiet li l-Ewropa qed taffaċċja illum u fuq kollox l-ideat għall-Ewropa ta' għada.

Kif taħdem din il-pjattaforma u x'jiġri minnhom l-ideat?

L-ewwel pass hu li żagħżugħ jew żagħżugħa j/taqsam l-ideat eżempju ideat dwar kif l-UE għandha tindirizza t-tibdil fil klima jew ideat kif l-UE għandha tiġġieled aħbarijiet foloz. Dawn l-ideat jistgħu jiġu miktuba kemm bl-Ingliż u anke bil-Malti. dawn l-ideat jiġu ppublikati fuq il-websajt u persuni oħra jistgħu jikkumentaw fuqhom jew jagħmlu ukoll like. 

L-ideat sottomessi jiġu riveduti u analizzati bir-reqqa minn tim ta' edituri żgħażagħ u dan kollu jeħodna għall-avveniment EYE 2021.

Matul EYE2021, kemm il-parteċipanti online kif ukoll offline se jkollhom iċ-ċans li jieħdu sehem fil-workshops tal-ideat, fejn l-ideat l-aktar popolari u l-aktar imsemmija jiġu diskussi u żvillupati aktar. Biex jagħżlu l-aktar ideat prominenti mill-konsultazzjonijiet, il-parteċipanti jivvutaw fil-plenarja tal-għeluq tal-EYE2021.

L-aktar ideat appoġġati mbgħad jiġu preżentati f'rapport lill-Memberi tal-Konferenza u l-Membri tal-Parlament Ewropew.

Aqra aktar fuq: youthideas.com

Ewropej Funded by the European Union

Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta.

More in Ewropej 2024