Roberta Metsola kienet fil-mira tad-Deputat Prim Ministru Taljan Matteo Salvini hekk kif il-lemin estrem tal-Ewropa spara l-ewwel tiri tiegħu fil-kampanja għall-elezzjonijijet Ewropej.
Salvini, li jmexxi l-Lega Nord, tifforma parti mill-gvern ta’ koalizzjoni taċ-ċentru-lemin tal-Italja u akkuża lil Metsola li qed tfittex arranġament politiku “imħawwad” biex twarrab l-lemin estrem li qed jerġa’ jqum fuq saqajh.
Huwa kien qed jitkellem fi Brussell nhar it-Tnejn filgħaxija, ġurnata wara li laqa’ l-partiti politiċi tal-lemin estrem tal-Ewropa f’Firenze fejn il-kelliema kkritikaw lill-UE u akkużaw lil Brussell b’poteri lil hinn is-setgħa legali.
Ir-risposta ta’ Salvini kienet reazzjoni għat-tfakkira ta’ Metsola, li fi Brussell kien hemm maġġoranza kbira biżżejjed biex tipproponi “għażla Ewropea” għaċ-ċittadini.
Metsola kienet qed tirreferi għall-Partit Popolari Ewropew (PPE), l-istess partit li kienet tifforma parti minnu, il-partit Soċjalisti u d-Demokratiċi, il-liberali Renew u l-Ħodor. Kienu dawn l-arranġament wiesa’ li ddeterminaw min jokkupa karigi ewlenin tal-UE wara l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew tal-2019.
“Għal darb’oħra hawn min qed jipproponi arranġament imħawwad mal-Partit tax-Xellug, din ħolqot il-problema li l-Ewropa qed taffaċċja llum il-ġurnata”, saħaq dan Salvini fuq X, li qabel kien Twitter. Salvini qal ukoll kontra l-impożizzjoni ta’ taxxi ħodor u sejjaħ għal aktar sigurtà fil-fruntieri tal-Ewropa.
Ironikament, Metsola se tkun qed tiltaqa’ mal-Prim Ministru Taljan Giorgia Meloni f’Ruma nhar it-Tlieta.
Il-PPE kien qed jiffavorixxu lil Meloni wara li Brothers of Italyn ħarġu bħala l-ikbar partit fl-elezzjoni Taljana tas-sena li għaddiet.
Il-lemin estrem ra suċċess elettorali f’diversi pajjiżi tal-UE bl-aħħar wieħed ikun dak ta’ Geert Wilders fin-Netherlands, li l-partit tiegħu ħareġ bħala l-akbar wieħed.
Il-PPE huwa mistenni li joħroġ bħala l-akbar grupp fl-elezzjonijiet Ewropej.
Il-lemin estrem irid jinfluwenza dawk it-taħditiet iżda jista' jiġi mblukkat minn koalizzjoni kbira ta' partiti favur l-Ewropa bħalma ġara fl-2019.