Il-Parlament Ewropew (PE) ivvota favur regolamenti ta' tikkettar aktar ħorox għal diversi ikel tal-agrikultura, inklużi l-għasel, meraq tal-frott, ġamm, ġeli, u marmellati.
Dawn l-emendi għandhom l-għan li jaġġornaw ir-regoli li jirregolaw il-kompożizzjoni, in-nomenklatura, u l-preżentazzjoni ta' oġġetti tal-ikel li jaqgħu taħt il-kategorija tal-kolazzjon, bil-għan li jissostitwixxu normi li ilhom staġnati għal aktar minn għoxrin sena.
Modifiki ewlenin jeħtieġu l-ittikkettar tal-għasel bil-pajjiż tal-oriġini fejn ikun inġabar. Għall-prodott tal-frott, il-pajjiż tal-oriġini għandu jintwera b'mod prominenti fuq it-tikketta ta' quddiem. F'każijiet fejn diversi pajjiżi jikkontribwixxu għall-prodott finali, il-pajjiżi tal-oriġini għandhom jiġu elenkati f'ordni dixxendenti abbażi tal-kontribuzzjoni proporzjonali tagħhom.
Il-MPE Awstrijak Alexander Bernhuber enfasizza li tikkettar tal-oriġini aktar ċar irawwem it-trasparenza u jippermetti lill-konsumaturi jagħżlu oġġetti aktar b'saħħithom u li jinxtraw lokalment. Dan skontu jfixkel prattiki frawdolenti dwar it-tikkettar tal-għasel. Biex tiġi miġġielda l-frodi, hija proposta sistema ta’ traċċabbiltà għall-katina tal-provvista tal-għasel, esklużi dawk li jrabbu n-naħal żgħar tal-UE. Barra minn hekk, it-twaqqif ta' laboratorju ta' referenza tal-UE għall-għasel biex itejjeb is-sorveljanza u jindividwa adulterazzjoni permezz ta' ttestjar sistematiku huwa rakkomandat.
Diversi MPE jaqblu ukoll li t-tiketta ‘‘contains only naturally occurring sugars’ għandu jiġi permesibbli għal-juices tal-frott. Barraminnhekk qalu li
But in a bid to meet the growing demand for low-sugar products, reformulated fruit juices may be labelled ‘reduced-sugar fruit juice’. Barraminnhekk qalu li tekniki ġodda li jneħħu zokkor naturali fil-juices tal-frott, ġamm, ġeli jew ħalib m'għandhomx iwasslu għall-użu ta sweetener biex jikkumpensaw għall-effett tat-tnaqqis taz-zokkor fuq it-togħma, in-nisġa u l-kwalità tal-prodott finali.
Huma jżidu li t-tikketti tal-ikel b'zokkor imnaqqas m'għandux ikun fihom indikazzjonijiet dwar proprjetajiet pożittivi, bħall-benefiċċji għas-saħħa.