Tard il-Ġimgħa, l-ogħla diplomatiku tal-Unjoni Ewropea, Josep Borrell akkuża lill-Iżrael li "ħoloq" u "ffinanzja" il-grupp militanti Palestinjan Ħamas, u li nieda attakki bla preċedent fuq Iżrael fis-7 ta’ Ottubru.
Il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu fl-aħħar jiem afferma mill-ġdid l-oppożizzjoni tiegħu għall-ħolqien ta’ stat Palestinjan, u ġibed kritika mill-alleat tiegħu Amerikan, li għadu qed jippromwovi “soluzzjoni ta’ żewġ stati”.
Borell saħaq li jemmen li għad tiġi mposta soluzzjoni bejn iż-żewġ stati biex tintlaħaq paċi bejniethom; għalkemm l-Iżrael reġa' insista u afferma mill-ġdid ir-rifjut tiegħu għal soluzzjoni. Borell sostna li l-Iżrael qed jopponi din l-idea ta' paċi tali punt wasal biex ħoloq grupp militari (Ħamas) huwa stess.
Borell stqarr li l-Ħamas ġie ffinanzjat mill-gvern Iżraeljan biex jipprova jdgħajjef l-Awtorità Palestinjana ta’ Fatah. Jekk ma jkunx hemm intervent bil-qawwa, il-vjolenza se tkompli tiggrava minn ġenerazzjoni għal oħra, u tkompli twassal għall-aktar mwiet, żied jgħaid waqt fl-Università ta’ Valladolid fiċ-ċentru ta’ Spanja.
Il-Ħamas inħoloq f’Diċembru tal-1987 ftit wara l-bidu tal-ewwel rewwixta Palestinjana, fit-territorji Palestinjani okkupati mill-Iżrael minn grupp ta’ militanti Iżlamiċi li jgħidu li huma mill-Fratellanza Musulmana, inkluż ix-Sheikh influwenti Ahmed Yassin.
Il-Ħamas, l-akronimu Għarbi għall-Moviment tar-Reżistenza Iżlamika, twaqqaf biex jiġġieled il-grupp militanti tal-Ġiħad Iżlamika u jikkompeti mal-Organizzazzjoni għall-Ħelsien tal-Palestina (PLO) prinċipalment sekulari mmexxija minn Yasser Arafat.
Għoxrin sena wara, f’Ġunju 2007, il-Ħamas ħa l-kontroll fil-Medda ta’ Gaża wara gwerra kważi ċivili kontra l-moviment Fatah tas-suċċessur ta’ Arafat Mahmoud Abbas, president tal-Awtorità Palestinjana, li tamministra parzjalment ix-Xatt tal-Punent okkupat.
F’dawn l-aħħar snin, il-Medda ta’ Gaża, ikkontrollata mill-Ħamas u taħt imblokk Iżraeljan, irċeviet miljuni ta’ dollari f’għajnuna mill-Qatar, li qanqlet kritika lejn Netanyahu, li huwa akkużat li kien iffavorixxa l-finanzjament tal-moviment. Il-Prim Ministru jiċħad l-akkuża.