F'Intervista li taha esklussivament lill-ILLUM, Pullicino Orlando żvela xi okkażżjonijiet li skont hu juru biċ-ċar li Daphne Caruana Galizia gġħandha l-appoġġ kollu tal-PN u li hi taħdem għalihom.
Fl-istess intervista jgħid li meta kien hedded li jwaqqa l-Gvern jekk Daphne tikteb kontra min iħobb, il-paġna tagħha ddikjarata 'Jeffrey Free Zone'.
Pullicino Orlando jgħid ukoll għaliex m'aċċettax li jkun segretarju Parlamentari fi żmien Eddie, u lil Lawrence Gonzi kien qallu li hu mhux lest li jkun f'kabinett li fih ikun hemm Austin Gatt u George Pullicino.
Jitkellem dwar għaliex kien Nazzjonalist u għaliex telaq lil partit. Jgħid ukoll li Simon bagħat għalih meta ma kienx deputat biex jirritorna fil-partit.
Dan u iżjed wieħed isibu fil-ħarġa tal-ILLUM