David Agius jitkellem dwar l-fatt li xufiera jkunu armati u dawn jidħlu fis-sala tal-parlament. Jgħid ukoll li l-partit fil-verità qed jiġġedded u jinħass żiffa ċkejkna favur il-PN.
Fl-intervista jgħid ukoll minn xhiex kien jgħaddi meta fl-amministrazzjoni li għaddiet kellu jieħu ħsieb ir-ribelli tal-partit u l-fatt li hu xtaq jkun is-segretarju Ġenerali tal-Partit.
Jitkellem dwar il-ħbiberija kbira li hemm bejnu u bejn Simon Busuttil u anke dwar il-falliment ta' dan il-gvern fejn jidħlu kunsilli lokali.
David Agius jitkellem dwar l-iżbalji tal-partit laburista, l-iżbalji tal-PN meta kienu fil-gvern iżda dan kollu tistgħu tarawh għada fil-ħarġa ta' ILLUM.