“Irridu nkabbru l-ġid tas-soċjetà f’pajjiżna” - Ruth Farrugia

L-ewwel Direttur Ġenerali tal-President’s Foundation for the Wellbeing of Society

Dr. Ruth Farrugia laqgħet lill-ILLUM fil-Palazz tal-President, fejn bħalissa hemm l-uffiċini tal-President’s Foundation for the Wellbeing of Society. Farrugia hija l-ewwel direttriċi ta’ din il-fondazzjoni u tkellmet dwar l-għan ta’ din il-fondazzjoni, il-frott li diġà qed tħalli u l-pjanijiet għal tul din il-presidenza.

Għalfejn inħasset il-ħtieġa li titwaqqaf il-fondazzjoni? U għala issa u mhux qabel?

Għala issa ma nistax ngħid, din kienet l-idea tal-President u kienet idea ta’ din il-Presidenza. Aħna ma naħdmux fuq in-negattiv, aħna naħdmu dwar propju l-oppost, dwar l-għarfien x’iġib il-ġid… għalkemm il-kelma ġid mhux daqshekk korretta, aħna niffukaw fuq il-wellbeing, li għalissa għadna ma sibniex alternattiva oħra għal dik il-kelma. Aħna rridu nkunu nafu x’iġib il-ġid fis-soċjetà u naqsmu l-metodi ta’ dan il-ġid u naqsmuh ma’ ħaddieħor. Jekk għandek xi ħaġa li qed taħdem għidilna dwarha ħalli nagħmlu bħalek.

Kif tinqasam din il-fondazzjoni?

Għandna tliet friegħi ewlenin, waħda minnhom hija r-riċerka, għandna ħames istituzzjonijiet ta’ riċerka. Għandna n-National Institute for Childhood, il-Family Research Centre, l-Observatory for Living with Dignity u s-Centre for Freedom from Addiction. Fost ir-riċerka li qed issir hija pereżempju fuq l-addiction tal-internet, qed naraw jekk teżistix u x’jagħmilha. Imbagħad għandna wkoll il-hub, l-ethnobotanical hub, li hija dwar ir-relazzjoni tagħna man-natura u kif iġġib wellbeing. Imbagħad hemm il-konsultazzjoni. Li huwa permezz ta’ forum. Bħalissa hemm sitta, li matul is-sena se jiżdiedu għal għaxra. Dawn huma bbażati fuq kwistjonijiet differenti, pereżempju għandna forum dwar id-diżabbiltà. B’hekk niltaqgħu ma’ nies li għandhom diżabbiltà jew li jieħdu ħsieb persuni b’diżabbiltà u mingħandhom insiru nafu x’iġib il-ġid għal dawn il-persuni… ngħidu aħna qbadna l-Palazz tal-Verdala u kkonvertejnieh f’ambjent sabiħ għal tfal b’diżabbiltà, sadanittant konna qed niltaqgħu mal-ġenituri tagħhom u niddiskutu magħhom il-ħtiġijiet u dak li jinnutaw li jwassal għall-wellbeing f’dawn il-persuni, pereżempju ħareġ li l-mużika u l-ħin li jqattgħu fl-ilma kien uħud milli ssemmew.

 

Iżjed fil-ħarġa tal-ILLUM

More in Intervisti