Il-miktub ma jħassru ħadd

52 ħarġa tal-ILLUM...52 intervista...52 kwotazzjoni...16 minnhom ħallew timbru

 

“Nemmen li jrid ikun hawn saċerdoti miżżewġin, għax li s-saċerdoti ma jiżżewġux mhix ġejja mill-vanġelu”

Fr Hilary Tagliaferro (04.01.2015)

 

“Għandna mmexxu medjazzjoni bejn Tobruk u Tripli” 

Roberta Metsola (01.03.2015)

 

“Lest li nagħti kollox għal dan il-moviment, jekk

jitlobni noħroġ għal kandidat, noħroġ” –

Ian Castaldi Paris (22.02.2015)

 

“Malta pajjiż Laburist u jivvota PN meta jiġi dahru mal-ħajt” –

Joe Psaila Savona eks Segretarju Parlamentari PN (12.04.2015)

 

“Li kieku l-PN implimenta l-proposti li saru fl-aħħar leġislatura u li qed jitwettqu llum, probabbli kien jevita ħafna mill-maltemp li sfortunatament għadda minnu” –

Franco Debono (07.06.2015)

 

“Biex jiċċelebraw il-ftuħ ta’ Mater Dei nefqu €150,000 u kulħadd ippoppa sidru, u llum ħadd ma jrid jerfa’ responsabbiltà”

Chris Fearne (14.06.2015)

 

“Personalment, qatt ma missejt ma’ droga f’ħajti. Nista’ nagħmel eżami mil-lum għal għada, m’għandix problema...meta nkun naf b’xi ħadd li qed jabbuża mid-droga niftħilhom għajnejhom”

Chris Cardona (26.07.15)

 

“Jiena ma naf b’ebda każ, ftit jew ħafna ta’ persuna fil-PN li gawdiet minn art, flus jew donazzjonijiet ma’ Gaffarena”

Beppe Fenech Adami (2.08.15)

 

“In-nisa li jaslu Malta tqal jirrakuntaw kif ikunu ġew stuprati mit-traffikanti stess, oħrajn jgħidu kif malli telqu minn pajjiżhom spiċċaw mġiegħla jipprostitwixxu ruħhom”

Kummissarju għar-Refuġjati Mario Friggieri (13.09.15)

 

“Il-Partit Laburista m’għandux imur fuq in-naħa tal-lemin tant li ma jibqgħax jintgħaraf. Jekk ma jibqax partit tal-ħaddiem inkunu l-ewwel li niġbdulu l-attenzjoni”

Tony Zarb (20.09.15)

 

“Ma naqbilx mal-iffriżar tal-embrijuni. Mal-ħajja tal-bniedem m’hemmx logħob. Mingħajr il-ħajja, ebda dritt ieħor ma jista’ jkun eżerċitat”

Deborah Schembri (04.10.15)

 

“Xtaqt nagħti minn isfel bħalma għamilna din id-darba, imma l-ewwel ridna nieħdu ħsieb lill-aktar nies li jikkontribwixxu għat-tkabbir”

Edward Scicluna (18.10.15)

 

“Il-pulizija mhux social workers. Dik hi l-verità.” 

Yana Micallef Stafrace (01.11.2015)

“Bħala Kummissjoni, irnexxielna npoġġu l-industrija tal-films fuq l-aġenda tal-pajjiż...illum in-nies qed jitkellmu fuqha u hemm entużjażmu ġdid” Kummissarju tal-Films, Engelbert Grech (15.11.15)

“M’hemm ebda rabta u ma jista’ qatt ikun hemm rabta bejn it-terroriżmu u l-Iżlam”

President Komunità Musulmana Ahmadiyya f’Malta, Laiq Ahmed Atif (22.12.15)

“It-tmexxija tal-pajjiż tappartjeni lill-politiċi, il-missjoni tal-Knisja hija waħda spiritwali”

L-Isqof Mario Grech (20.12.15)

 

 

 

 

 

More in Intervisti