Dan kien kliem li ħareġ spontanju minn fomm atleta Għawdxija ta’ 17-il sena b’abilitajiet speċjali wara li semgħet lill-ommha tgħidilna li malli rat lil bintha tirbaħ għalqet għajnejha u bkiet bil-ferħ.
F’dawn il-jiem li għaddew Maria Pia Saliba, tfajla Għawdxija mix-Xewkija bil-kundizzjoni Down Syndrome għamlet unur lilha, lil familja tagħha, lil Malta u speċjalment lill-Għawdex meta ħadet lejn il-gżira ħkejkna ta’ Għawdex tliet midalji mirbuħa fli special olympics li saru f’Ċipru. L-għawwiema żagħżugħa rebħet il-bronż fil-50 metru backstroke, il-fidda fil-25 metru ‘butterfly’ u d-deheb fil-medley 4 x 50 metru. Biex b’hekk Maria Pia hi l-unika atleta Għawdxija li qatt rebħet midalji fl-isfera internazzjonali. Kisba kbira li turi li l-barrieri qegħdin hemm biex jinqabżu.
Intervista esklussiva mimlija umanita u pożittivita fl-ILLUM ta' għada l-Ħadd