‘Jekk ma jogħġobkomx, ħudu l-indipendenza minn Malta’

KMB lill-eks deputat Laburista Għawdxi, Lino Debono

F’intervista ma’ din il-gazzetta, l-eks deputat parlamentari Laburista Għawdxi, Lino Debono magħruf bħala tan-Niksu, tkellem fost l-oħrajn dwar kwistjonijiet li kien affaċċja meta kien membru tal-Gvern bejn l-1981 u 1992. Fosthom, Debono jitkellem dwar kif l-eks Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonnici kien qallu li jekk l-Għawdxin iridu, setgħu jitolbu għall-Indipendenza minn ma’ Malta u hu kien se jagħtihielhom. Debono sostna li hu dejjem kien jinsisti li l-Maltin u l-Għawdxin huma aħwa u jeħtieġ li jgħinu lil xulxin, iżda donnu Mifsud Bonnici ma kienx tal-istess fehma. Debono jkompli jgħid li din, “ma stajtx nifhimha għax jien ċittadin Malti li ngħix fil-Gżira ta’ Għawdex.”

L-eks deputat parlamentari Għawdxi tkellem ukoll dwar il-Gvern preżenti u saħaq li jixtieq jara iktar trasparenza fit-tmexxijja tal-Gvern, bil-pubblikazzjoni ta’ kuntratti fost l-oħrajn. Dan waqt li sostna li l-Gvern qed “jagħmel il-mirakli,” fejn tidħol l-ekonomija. Lino Debono kellu kleim iebes fuq Leo Brincat u anke fuq il-każ tal-Panama.

L-intervista sħiħa fil-ħarġa tal-ILLUM

 

More in Intervisti