Żewġ pulizija spiċċaw feruti, wieħed minnhom gravi meta raġel armat b'mannara attakkahom, il-bieraħ waqt li kienu fuq ir-ronda tagħhom fi Queens New York.
L-aggressur wara ġie maqtul minn żewġ aġenti oħra. Fil-fatt l-aggressur attakka lill-erba pulizija iżda fera biss tnejn minnhom, wieħed f'rasu u l-ieħor f'idejh, filwaqt li t-tnejn l-oħra qatluh. Qed jingħad li kien hemm mara fil-viċinanzi li wkoll ġiet feruta ħafif. Wara dan l-inċident u wara dak li ġara fil-Kanada l-pulizija u s-suldati ġew ordnati biex jkunu dejjem attenti għal dak li jkun qed jiġri madwarhom.
L-aggressur jismu Zale Thompson ta' 32 sena u fuq il-profil tiegħu ta' facebook hemm ritratt ta' militant Iżlamiku u hemm ukoll talba bl-Għarbi. Iżda l-media Amerikana qalet li dan ir-raġel diġa kien għamel xi żmien il-ħabs u kien anke mkeċċi min-Navy Amerikana minħabba kondotta ħażina.