Missier minn Delhi l-Indja, wara li sar jaf li bintu ta' 14-il sena ġiet ivvjolentata sesswalment u anke kienet tqila minn dak li stupraha. Missierha stiednu d-dar għall-ikel. Il-missier beda jaħraq il-ġenitali ta' dan il-pedofelu b''tongs' tal-elettriku.
Il-missier li għandu 36 sena qal lil pulizija li hu ma ppjanax li joqtlu, iżda li jittorturah, "ħraqtlu l-ġenitali tiegħu beda jwerżaq, erġajt ħraqtomlu u beda jirtogħod, għamiltha għat-tielet darba u ma ċċaqlaqx. Miet. Iżda jien ma ridx noqtlu," qal il-missier lil pulizija. Kien l-istess missier li rrapporta l-każ lil pulizija. Il-missier ġie arrestat akkużat bi qtil. Il-pulizija fi stqarrija qalu li sabu lil vittma b'idejh u ħalqu marbutin b'xugaman u kellu ħruq fil-partijiet privati tiegħu u fuq l-istonku.