Il-Patri Dumnikan Charles Fenech kiser is-silenzju min-naħa tiegħu wara d-diversi akkużi li qed joħorġu dwaru minn nisa li anke ħadu affidavit fuq ġurnali dwar dak li allegatament għamlilhom dan is-saċerdot. Fil-fatt il-pulizija akkużatu b'rejati ta' vjolenza sesswali fuq mara li ma kinitx stabbli mentalment. Dan barra li allegatament hemm xi nisa oħra li wkoll qed jakkużawh b'abbuż sesswali, fejn anke ssemmiet waħda li kienet minorenni.
Jidher ukoll li mara minnhom li qed tallega li kellha x'taqsam miegħu sesswalment ma kinitx sfurzata skont dak li qalet iżda għamlet dan għax kienet temmen li jħobbha u ttamat li xi darba joħroġ minn saċerdot u jgħix magħha. Dan dejjem fuq li ġie rappurtat fuq mezzi tal-media.
TVM irraporta li dan il-patri bagħat sms li jgħid hekk: "L-akkużi li saru fuq il-media huma kollha foloz, il-verita trid toħroġ. Alla jirbaħ. Itolbu għalija u jien nitlob għalikom