Dalgħodu kien hemm dewmien kbir għal min ried juża l-M25 motorway wara li parti minnha ġiet magħluqa għax sfrundat u kien hemm ħofor kbar. Ix-xita m'għenitx biex ix-xogħol isir malajr,
Kien hemm kjuwijiet kbar bejn junction 11 u junction 9 f'Surrey fejn ħaddiema tat-=toroq xorta ħarġu bie xjippruvaw jirranġaw il-ħofor kbar li tfeġġew fuq il-motorway. Xufiera li riedu jużaw din it-triq għax-xogħol damu sa nofs inhar biex waslu minn kmieni filgħodu u diversi xufiera bdew jitfgħu ritratti tal-ħofor fuq l-internet mill-karrozzi tagħhom.
Il-pulizija Ingliża ħarġet stqarrija li il-ħofra ta' Junction 9 se tieħu diversi sigħat biex tissewwa. Il-president tal-AA qal li l-M25 kienet it-triq tal-infern illum fejn qal li din il-motorway hi l-aktar triq vitali għall-ingilterra kollha u dak li ġara illum juri kemm il-pajjiż jiddependi minnha.
Se ssir investigazzjoni sħiħa dwar l-inċident fejn l-Ingliżi ma jaċċettawx li triq tikkolassa u tispiċċa kollha ħofor li toħloq daqshekk problemi lil pajjiż barra l-periklu għax-xufiera.
Fost l-eluf li ġew milquta kien hemm dawk li riedu jmorru Gatwick Airport. sadattant xita qawwija kawżat kjuwijiet twal fuq l-M3 f'Hampshire, l-M6 fin-naħa ta' fuq ta' Birmingham u l-M50.