[FILMAT] Tah xebgħa papali u ħallieh għal mejjet

Argument dwar parkeġġ spiċċa fi traġedja

Raġel mar jilmenta mal-ġar tiegħu li pparkjalu quddiem id-dar tiegħu għax hemm kien riservat għalih. Dan flok argumenta lura tah xebgħa papali u ħallieh għal mejjet, u dan kollu quddiem il-mara u tifla ta’ sena tal-aggressur.

Skont il-mara tal-vittma Victoria Ermolayeva, l-aggressur żbalja meta pparkja fil-post li pparkja u dan irrabja lill-vittma li mar jilmenta miegħu, iżda dan wieġeb billi beda jagħtih bil-ponn fuq rasu u anke bis-sieq fuq wiċċu.

Il-vittma sofra diversi feriti f’wiċċu u danni f’moħħu fejn ittieħed l-isptar fil-periklu tal-mewt. Il-pulizija talbet kopja ta’ dan il-filmat li qed jiġri madwar l-internet biex tmexxi l-każ fil-qorti. Dan il-każ ġara f’Petrozavodsk fir-Russja.

More in Kronaka