Tfajjel Ingliż ta' 11-il sena laqtuh f'rasu minn balla taċ-ċomb, probabbilment sparat minn air rifle, waqt partita futbol tal-U/12 f'Durham.
Connor Minto kien qed jilgħab bħala riserva u kien dieħel fil-grawnd biex jilgħab f'partita tal-U12. F'daqqa waħda jħoss xi ħaġa dieħla f'moħħu u waqa mal-art. Ittieħed l-isptar malajr u tneħħietlu l-'pellet' minn moħħu u sarulu xi punti fuq moħħu. Kif wieħed jista' jara fir-ritratt il-'pellet' kienet ċentimetri bogħod minn għajnejh. Tliet żgħażagħ ta' 14-il sena ġew arrestati b'konnessjoni mal-każ iżda ħarġu fuq pleġġ.
Ommu qalet li binha ħaseb li qed imut, "kienet trawmatika għal kulmin kien preżenti," qalet Kerry Minto, "fiżikament jinsab tajjeb iżda mentalment jinsab imkisser u mwerwer. Nara r-ritratt u ngħid li kieku kienet pulzier aktar 'l isfel, ibni kien jitlef għajnejh.