Il-bandiera s-sewda tal-ISIS qed tperper fuq il-bini governattiv. Il-karrozzi tal-pulizija għandhom fuqhom l-armi tal-ISIS. Filwaqt li l-ground tal-Football tal-lokal qed isiru fih l-eżekuzzjonijiet pubbliċi. U dan 200 mil bogħod mill-kosta t'isfel tal-Unjoni Ewropea f'belt mal-Baħar Mediterran.
Ġellieda leali għall_istat Iżlamiku għġandhom kontroll assolut ta' Derna li għandha popolazzjoni ta' 100,000 persuna u li tinsab viċin il-fruntiera tal-Eġittu.
Il-ġellieda qed jieħdu vantaġġ mill-kaos politiku tal-Libja u qed jespandu veloċement matul il-kosta.
Il-grupp li hemm derna hu ta' 800 ġellied li joperaw nofs tużżana kampijiet fl-akwati barra derna u jmexxu kampijiet akbar fil-Muntanji l-Ħodor fejn ġellieda min-naħa ta' fuq tal-Afrika qed jiġu ttrenjati.
L-ISIS issaħħet fil-Libja minn meta rritornaw lura mill-ġlied fis-=Sirja u l-Iraq 300 ġellied Jihadist Libjani.