Traġedja oħra fil-baħar - 17 immigranti mejta

Mietu bil-kesħa fuq dingi li kien ilu ġranet fuq il-baħar

Dingi li kien ġej mil-Libja għall-Italja kien salvat u meħud Lampedusa fejn fuqu nstabu 17-il klandestin mejtin forsi 'dehydrated'. Id-dingi kien salvat madwar 100 mil min-naħa t'isfel ta' Lampedusa. Wieħed mill-immigranti kien fi stat gravi fejn ittieħed l-isptar b'ħelikopter u kien hemm ieħor li kif ingħata l-għajnuna miet. Tobba u pulizija qalu li ġara kien li ilhom ġranet sħaħ fuq il-baħar. Kienu salvati 76 immigranti.

Ftit qabel ġew salvati minn żewġ dgħajjes, 102 u 100 immigrant rispettivament li ddaħħlu Lampedusa mill-marina Militare.

More in Kronaka