Il-ġeneral David Rodriguez li hu l-kmandant tal-forzi Amerikani fl-Afrika, ħareġ l-informazzjoni li bħalissa hemm madwar 200 jihadist jittrenja f'dawn il-kampijiet fil-Libja. Fenomenu ġdid fil-mod kif qed jaħsbuha l-Amerikani hi li dawn iddeċidew li se jsegwu dak li qed jiġri mingġajr ma jattakaw. Jekk imbagħad l-armata tkompli tikber niddeċiedu hemm.
L-aħbar li hemm kampijiet ta' taħriġ fil-Libja tal-ISIS ħarġet ftit wara li l-Koalizzjoni annunzjat li waqqfet l-avvanzata tal-ISIS fl-Iraq u s-Sirja, mertu wkoll tar-raids Iranjani.
Sadattant is-segretarju tal-istat Amerikan John kerry qal li attakki biss mhux se jwaqqfuhom, "irridu nfarrku l-idejoloġija".