Tfajliet tewmin minn Manchester ħarbu biex jingħaqdu mal-ISIS

Fl-istess ġurnata żwieġhom ġew maqtula fl-Iraq waqt battalja

Tinstema ironika iżda hi verita. Tewmin birttaniċi, ħarbu mid-dar bie ximorru l-Iraq jingħaqdu mal-ISIS fl-istess ġurnata li żwieġhom ġew maqtula fl-Iraq waqt battalja.

Skont il-ġurnal 'The Sun' jirrakonta li waħda mit-tfajliet, Zahra Halane ta' 17-il sena li ħarbet mid-dar f'Manchester flimkien ma' oħtha Salma kitbet fuq Twitter li żewġha Ali kalantar ta' 19-il sena ġie maqtul: Hi kitbet hekk "Nispera li Allah jaċċetta lil żewġi li miet jumejn ilu fl-Iraq. Jien se nkun ħdejh ma ndumx.". Ftit wara li kitbet dan il-post, reġgħet kitbet post ieħor: "Anke ir-raġel ta' oħti miet bħal tiegħi. Tlaqna flimkien u sirna romol flimkien."

Kalantar oriġinarjament kien minn Coventry. Missieru qal li kien Immam lokali li ħassarlu moħħu. It-tifel kien ħarab mill-Ingilterra f'Marzu li għaddha flimkien ma' żewġt iħbieb oħra, meta kien għadu jistudja fl-Universita. Missieru qal li Ali kien talbu xi flus biex jixtri kompjuter ġdid, iżda b'dawk il-flus li tah missieru kien xtara biljett tal-ajru bie xjingħaqad mal-istat Iżlamiku. Il-familja tiegħu fittxitu anke t-Turkija biex joħduh lura lejn l-ingilterra. Bil-mewt ta' Ali issa tela għal 32 brittaniku li mietu waqt li kienu qed jiġġieldu mal-ISIS.

More in Kronaka