[AĠĠORNAT] L-assedju ta' Sydney intemm...it-terrorista maqtul, tlieta oħra fil-periklu tal-mewt
Kien rifuġjat mill-Iran b'passat kriminali
More in Kronaka
Kien rifuġjat mill-Iran b'passat kriminali
Tnejn huma riportati maqtula, wieħed minnhom it-terrorista. L-assedju ta; kafetterija tal-Lindt issa ntemm. Skont l-aħbarijiet tal-Isky qalu li hemm erbaħ ostaġġi feruti forsi tlieta minnhom fil-periklu tal-mewt. Deher ukoll pulizija b'ħafna demm ħiereġ minn rasu.
Aktar Qabel
Bħalissa għadu kif sar magħruf li kien hemm ħafna sparar bil-pulizija tidħol fil-kafetterija biex teħles lill-ostaġġi u taqbad lit-terrorist li hu mifhum li hu Iranjan li kiseb l-ażil fl-Awstrajla. Man Haron Monis, Iranjan li jgħix f'Sydney l-Awstralja ħataf kafetterija tal-Lindt b'50 persuna fih. Hu telaq ħames ostaġġi wara sitt sigħat. Ħadd minnhom ma hu ferut anke jekk ir-raġel hu armat. Man Haron beda jpoġġi lill-ostaġġi mal-ħġieġ tal-kafetterija u meta jimxi beda jżomm dejjem ostaġġ bħala tarka umana.
Sadattant il-pjazza Martin Place fejn hemm il-kafetterija hi magħluqa għall-pubbliku fejn it-terrorista qed jgħid li għamel xi bombi mal-bini. Filwaqt li twaħħlet bandiera tal-ISIS mal-ħanut kif xtaq hu. Fil-fatt hu telaq tliet ostaġġi oħra ftit ħin ilu.
Is-CNN irrapporta li żewġ persuni nqatlu u tlieta qegħdin f'kundizzjoni kritika.