Manager ta’ 34 u Omm ta’ 38 il-vittmi tal-assedju ta’ Sydney
It-terrorista kien daħal fil-pajjiż bħala rifuġjat politiku mill-Iran
More in Kronaka
It-terrorista kien daħal fil-pajjiż bħala rifuġjat politiku mill-Iran
Kien jisimhom Tori Johnson u Katrina Dawson iż-żewġ ostaġġi li mietu fil-blitz tal-forzi speċjali Awstraljani meta daħlu fuq dak li ħataf kaffetterija tal-Lindt fl-Awstralja u żamm lil klijenti ostaġġi għal 17-il siegħa sħaħ.
Tori li gġandu 34 sena kien manager tal-lokal ‘Teatro del dramma’, it-tieni kienet klijenta ta’ 38 sena, Katrina Dawson, avukat u omm ta tliet ulied, ta’ 8, 5 u 3 snin.
Żewġ nisa oħra ġew feruti iżda mhux f’periklu tal-mewt, pulizija safa ferut f’wiċċu bil-pellets u mara oħra ġiet feruta b’bullet fi spallitha.
It-terrorista Man Haron Monis li kellu 49 sena u ġie maqtul mill-forzi tal-ordni. Dan kien Iranjan refuġjat fl-Awstralja u f’ġurnata minnhom iddeċieda li jidħol fil-kafetterija tal-Lindt f’Martin Place fejn ġewwa kien hemm 17-il persuna bejn impjegati u klijenti. Ħataf lil kulmin kien hemm bħala ostaġġ u ġiegħel minnhom li joqogħdu fejn it-tieqa bil-bandiera s-sewda tal-La Shahada bil-kitba, “M’hemm l-ebda alla ieħor ġlief Allah u Mawmettu l-profeta tiegħu.”. Ilu l-Awstralja mill-1996 meta daħal bħala rifuġjat politiku.
Imbagħad beda serje ta’ avvenimenti kontroversjali fejn kien jibgħat ittri lil familjari tas-suldati Awstraljani maqtula fl-Afganistan billi jgħajjarhom li kienu terroristi tal-Amerikani. Kien jippriedka kontra x-Shiiti għax hu kien mas-Sunni u kontra l-musulmani li qed jitbegħdu mill-Koran.
Martu kienet ġiet maqtula b’daqqiet ta’ sikkina u mogħtija n-nar u kien għadda ġuri iżda ħareġ liberat fuq nuqqas ta’ provi. Ftit tax-xhur ilu kien akkużat b’abbuż sesswali fuq sitt nisa u f’għaxar snin kien hemm 50 darba li ġie rappurtat b’abbużi sesswali.
Fl-inħawi nisa musulmani bdew ineħħu l-velu għax bdew jibżgħu li jiġu aggrediti. Il-forzi armati daħlu fuqu jisparaw waqt li hu beda jispara bl-addoċċ fejn qatel liż-żewġ ostaġġi u laqat pulizija.
L'Iran u l-awtoritajiet Iżlamiċi ikkundannaw dan l-att barbaru u qalu li dan m’għandu x’jaqsam xejn mar-reliġjon Iżlamika.