L-Eroj ta’ Sydney: inqatel biex isalva lil ħaddieħor
Il-komunità gay tal-Awstralja huma kburin bl-att erojku ta’ wieħed minn ħuthom
More in Kronaka
Il-komunità gay tal-Awstralja huma kburin bl-att erojku ta’ wieħed minn ħuthom
Il-manager tal-kafè Lindt fiċ-ċentru ta’ Sydney kien l-eroj ta’ dan il-ħtif li dam 17-il siegħa meta mar jiġġieled mat-terrorista li kien beda jispara lejn dawk li ppruvaw jaħarbu. Waqt il-ġlieda tiegħu mat-terrorista spiċċa nqatel hu meta ħa l-balal li kienu qed jiġu sparati lejn oħrajn li bis-saħħa ta’ dan l-att erojku spiċċaw ħielsa.
L-Avukat Katrina Dawson ukoll inqatlet waqt li ntefgħet quddiem ħabiba tagħha li kienet tqila.
Johnson kien f’relazzjoni ma’ Thomas għal dawn l-aħħar 14-il sena li qed jiġi komfortat mill-familja ta’ Tori li hu iben l-artrist Ken Johnson. Il-pulizija ta’ Sydney ikkonfermaw li Tori ġie maqtul meta hu mar jattakka lit-terrorista u pprova jeħodlu l-pistola minn idejh. Il-pulziija qalu li b’dan il-ġest irnexxielu jsalva bosta ħajjiet.
Johnson kien imexxi dan il-kafe mill-2012 u qabel kien imexxi diversi ristoranti u kafetteriji f’Sydney u l-Amerka.
Il-ġenituri tiegħu ħarġu stqarrija tgħid, “Aħna kburin bis-sabiħ tagħna Tori, li telaqna minn din id-dinja għal dejjem iżda dejjem se jkun fil-memorji tagħna bħala iben li wieħed joħlom li qatt ikollu.