(Aġġornat) Problemi fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta

Debris fuq ir-runway joħloq periklu. Żewġ titjiriet devjat lejn Sqallija

Ritratt juri ż-żewġ titjiriet tal-EasyJet li kellhom jinżlu Sqallija minflok Malta
Ritratt juri ż-żewġ titjiriet tal-EasyJet li kellhom jinżlu Sqallija minflok Malta

Aġġornament

Skont l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ż-żewġ titjiriet se jittardjaw ftit ieħor. Fil-fatt it-titjiera EZY6497 li oriġinarjalment telqet minn Newcastle u minflok Malta niżlet Palermo, issa mistennija tasal Malta fl-10.50 p.m.

It-titjiera l-oħra, EZY2597 li oriġinarjalment telqet minn Malpensa, issa se tasal Malta minn Catania fl-10.35 p.m.


iktar kmieni...

Xi titjiriet, fosthom tnejn tal-kumpanija EasyJet, kellhom jiniżlu f’Catania u Palermo minflok fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta wara li fuq ir-runway intelmaħ debris li x’aktarx waqa’ minn ajruplan waqt li kien qed jitlaq minn Malta.

Sorsi li tkellmu ma’ illum qalulna li l-Awtoritajiet tal-MIA ħadu l-prekawzzjonijiet kollha u runway 13/31 ingħalqet immedjatament. Kif kienu qed javviċinaw it-titjiriet EZY6497 minn Newcastle li kellu jinżel fit-8.45 p.m. ingħata struzzjonijiet biex jinżel Palermo u issa mistenni jasal Malta fl-10.15 p.m.

It-titjiera l-oħra, EZY2597 minn Malpensa kellu jinżel Malta fid-8.50 p.m. iżda niżel Catania u issa mistenni wkoll Malta fl-10.15 p.m.

Minkejja li r-runway kienet magħluqa, titjiriet oħrajn setgħu jinżlu hawn Malta normali fuq runway 05.

More in Kronaka