Il-leader ta’ Al Qaeda fis-Sirja maqtul f’Aleppo

L-Al Nusra Front ikkonfermaw il-mewt ta’ Sheikh Abu Sulaiman Al Masri

Sheikh Abu Sulaiman Al Masri l-kap tal-jihadisti Sunni li qed jiġġieldu kontra l-Gvern Sirjan ta’ Assad kien konfermat mejjet dalgħodu mill-grupp li jmexxi Al Nusra. Fil-fatt ir-ritratt tiegħu mejjet b’ferita f’rasu beda jdur madwar is-siti soċjali madwar id-dinja. Il-kawża tal-mewt għadha mhix magħrufa iżda hi daqqa kbira lil-organizazzjoni terroristika li tilfu moħħ wara l-operazzjonijiet tagħhom.

L-Al Nusra jew kif qed isejħu lilhom infushom bħala l-front għad-difiża tal-poplu Sirjan kienu qalu li huma kienu wara kull bomba suwiċida li heżżet lis-Sirja minn meta faqqgħet il-gwerra ċivili f’Marzu tal-2011.

Il-grupp għandu reputazzjoni ta’ dixxiplina u onesta u dan għġenhom biex anke musulmani ordinarji jkunu warajhom f’Aleppo.

Din l-aħbar tal-mewt ta’ Sheikh Abu Sulaiman Al Masri waslet meta it-truppi Sirjani flimkien mal-attakki mill-ajru tar-Russi qed jiġġieldu kontra l-ġellieda tal-Istat Iżlamiku bie xjippruvaw jerġgħu jakkwistaw Aleppo. Mill-inqas 28 ġellieda tal-ISIS u 21 ġellied tal-milizja ġew maqtula f’battalja biex intrebħet triq li twassal għas-settur fejn jinsabu l-ġellieda tal-gvern. 

More in Kronaka