[Aġġornata] - Għadu kemm tħabbar li David Sonboly, il-guvni ta’ 18-il sena li qatel 9 persuni u wara spara lilu nnifsu fi Munich nhar il-ġimgha kien xtara l-arma li kellhu fil-pussess tiegħu, pistola Glock u munizzjon ta’ aktar minn 300 balla, minn fuq sit fuq l-internet li jbiegħ armi klandestinament.
Dan ifisser li minkejja jsiru restrizzjonijiet u liġijiet aktar stretti dwar ix-xiri u l-pussess tal-armi, min verament irid juza arma għal-skopijiet ħżiena, dejjem se jsib mod kif jagħmel dan.
Mill-investigazzjonjiet li għamlu l-Pulizija, jidher ukoll li Sonboly kien ilhu jippjana l-attakk il-fuq minn sena.
Politiċi Ġermaniżi għamlu appell biex ikun hemm miżuri ħafna aktar stretti dwar ix-xiru u l-pussess ta’ armi
Fid-dawl tal-isparatura li seħħet nhar il-ġimgħa fi Munich, Politiċi Ġermaniżi għamlu appell biex ikun hemm miżuri ħafna aktar stretti dwar ix-xiru u l-pussess ta’ armi.
Il-Viċi Kanċellier Ġermaniż, Sigmar Gabriel saħaq li għandu jsir minn kollox biex jiġi llimitat l-aċċess għall-armi, speċjalment dawk tan-nar..
Gabriel stqarr li “Irridu nkomplu nagħmlu kull ma nistgħu biex nillimitaw l-aċċess għall-armi,” filwaqt li qal li l-awtoritajiet qegħdin jinvestigaw kif Sonboly, guvni ta’ ċittadinanza doppja Iranjana/Ġermaniża, rnexxielu jikseb arma ta’ dak it-tip minkejja li kien juri sinjali ta’ problemi psikoloġiċi.
Il-Ministru tal-Intern, Thomas de Maiziere, saħaq li huwa fil-pjan immedjat tiegħu li jirrevedi l-liġijiet dwar il-pussess ta’ armi, wara li huwa żar il-post fejn Sonboly wettaq l-isparatura.
Bħalissa fil-Ġermanja, il-liġi qegħda li nies taħt l-età ta’ 25 sena iridu jgħaddu minn evalwazzjoni psikjatrika qabel jingħatalhom il-permess jixtru arma tan-nar.
L-armi awtomatiċi huma illegali filwaqt li dawk semi-awtomatiċi mhumiex permessi jekk mhux għall-użu ta’ kaċċa jew sport tal-isparar.
Minkejja dawn ir-restrizzjonijiet, il-Ġermanja għanda waħda mill-għola rati ta’ pussess ta’ armi.
Għadu mhux mifhum kif Sonboly irnexxieli jakkwista l-arma, li ma kienitx irreġistrata u kellha n-numru tar-reġistrazzjoni tagħha mħassar.
Huwa kien ossessjonat bl-isparaturi mdemmija u x’aktarx għażel it-22 ta’ Lulju għall-attakk tiegħu biex dan jaħbat mal-ħames anniversarju tal-qtil tal-massa li kien wettaq Anders Behring Breivik fin-Norveġja.
Sonboly, li kien ukoll isejjaħ lilu nnifsu Ali, allegatamwnt uża facebook biex jattira l-vittmi tiegħu fil-McDonald’s, fejn hu kien pjana minn qabel li se jwettaq sparatura.
Intant, fi Munich għadhom għaddejjin vġieli b’suffraġju għall-vittmi tal-isparatura, li seba’ minnhom kienu żgħazagħ taħt l-20 sena. Tlieta kienu mill-Kosovo, tlieta mit-Turkija u wieħed mill-Greċja.
Minbarra l-mejtin, kien hemm ukoll 27 persuna midruba, li 10 minnhom jinsabu f’qagħda kritika.