[Filmat] Il-Messikani jgħidu li raw għajnejn Kristu jinfetħu...jew filmat imbabas?

...filmat idur ma' bosta siti soċjali juri statwa ta' Ġesu msallab jiftaħ għajnejh

Statwa ta' kurċifiss fil-Messiku tiftaħ għajnejha...
Statwa ta' kurċifiss fil-Messiku tiftaħ għajnejha...

Min jemmen u min ma jemminx. Imma kemm dawk li jemmnu kif ukoll dawk li le qed isibu filmat li qed idur fuq bosta siti soċjali u anke dawk tal-aħbarijiet bħala tat-tkexkix. Il-Kurċifiss li jinsab fi Knisja fl-istat Messikan Coahuila De Zaragoza, jidher li waqt konċelebrazzjoni jiftaħ għajnejh hekk kif persuna kienet qed tiġbed filmat tal-istess quddiesa li kienet għaddejja dak il-ħin. 

Intant kienu bosta mill-ħafna Messikani li jemmnu illi ħassew li dan kien sinjal divin tal-istatwa tieħu l-ħajja. Oħrajn iżda qalu illi dan kien sempliċiment filmat imbabas. Minkejja dan, skont l-espert tal-attivitajiet paranormali, Ivan Escamilla, mhemm xejn ħażin jew suspettuż fil-filmat.

 

Din il-ġimgħa, il-filmat sar virali u dar id-dinja wara li ġie ppublikat fuq is-sit Adimensional, lu huwa sit li jitratta dwar każi strambi u paranormali.

L-espert Escamilla saħaq li aktar minn 20 speċjalista fil-qasam tal-paranormali, flimkien ma' saċerdoti u anke esperti tal-effetti speċjali digitali, qattgħu ġimghat janalizzaw il-filmat u għadhom s'issa ma sabu ebda ħjiel li dan jista' jkun falz.

Minkejja dan, l'awtoritajiet taħt id-djoċesi ta' Saltillo ma aċċettawk l-awtentiċità tal-filmat, tant li saħħansitra rrifjutaw li jarawh.

More in Kronaka